Splużjonijiet vjolenti f'Baghdad!

  • Set 26, 2013 11:48
  • Miktub minn
"

    Mill-inqas 21 persuna sfaw maqtulin kawża ta' diversi splużjonijiet li l-mira tagħhom kien monti fil-belt kapitali Iraqqina ta' Baghdad.

    Bombi fiiż-żona ta' Sabaa al-Bour, fit-Tramuntana ta' Baghdad, qatlu mill-inqas 14-il persuna. Aktar minn 40 persuna oħrajn ġew irrapportati midrubin hekk kif iż-żona kienet ippakkjata b'diversi xerrejja. Splużjoni oħra fid-distrett ta' Dora, fin-Nofsinhar ta' Baghdad qatlet seba' persuni oħrajn.

    Vjolenza settorjali heżżet l-Iraq f'dawn l-aħħar xhur fejn laħqet l-ogħla livell mill-2008. Skont il-Ġnus Magħquda aktar minn 5,000 persuna mietu s'sissa fl-Iraq, 800 minnhom f'Awwissu biss. Il-vjolenza tnediet f'April li għadda minħabba rejd tal-armata fuq kamp li kien qed iħaddan dimostranti anti-governattivi viċin Hawija, ukoll fit-Tramuntana ta' Baghdad.

    Il-pajjiż ra wkoll żieda ta' vjolenza mill-kunflitt fis-Sirja. F'dawn l-aħħar ġimgħat forzi tas-sigurtá Iraqqini arrestaw mijiet ta' membri al-Qaeda mad-dawra ta' Baghdad bħala parti minn kampanja li l-Gvern Xita qed isejjaħ bħala “vendetta ta' dawk li wettqu martirju”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0