Tfittxija għal aktar iġsma f'Westgate

  • Set 26, 2013 12:15
  • Miktub minn
"

    Timijiet forensiċi Kenjani u oħrajn barranin qegħdin ifittxu l-kumpless tax-xiri ta' Westgate f'Nairobi fi sfond ta' inċertezza rigward l-iġsma li jistgħu jsibu wara l-erbat ijiem ta' konfront imdemmi minn militanti Musulmani.

    S'issa huwa mifhum li 67 persuna ħallew ħajjithom f'dawn il-jiem.

    Il-Ministru tal-Intern Kenjan saħaq li mhux qed jistenna li n-numru ta' mejtin jiżdied b'mod sinjifikanti u jemmen li minn issia ’l quddiem l-iġsma tal-militanti biss se jinstabu. Minkejja dan is-Salib l-Aħmar tal-Kenja stqarru li mill-inqas 50 persuna għadhom mitlufin fil-kumpless tax-xiri ta' Westgate.

    Sadanittant il-Kenja għadha għaddejja bit-tlett ijiem ta' luttu nazzjonali kemm bħala tifkira għaċ-ċivili u kemm bħala tifkira għas-suldati militari. Il-bnadar bħalissa jinsabu mtellgħin nofs lasta fi sfond ta' aktar sigurtá stretta madwar il-kapitali Kenjana hekk kif il-grupp terroristiku al-Shabab refgħu r-responsabbiltá tal-attakki u saħqu li se jkun hemm aktar vjolenza jekk it-truppi Kenjani ma joħorġux mis-Somalja.

    Investigaturi Kenjani ngħaqdu flimkien ma' esperti Amerikani, Ingliżi, Ġermaniżi, Kanadiżi u mill-Interpol biex janalizzaw il-kumpless tax-xiri ta' Westgate għal ‘fingerprints’ u provi ballistiċi. Skont il-Ministru tal-Intern Kenjan, l-analiżi mistennija tieħu sebat ijiem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0