20 sena ħabs għal omm Franċiża kompliċi fl-istupru ta' binha

  • Set 28, 2013 10:11
  • Miktub minn
"

    Omm Franċiża li żammet lil binha ta' erba' snin minn idejh waqt li dan kien qed jiġi stuprat, ngħatat l-ewwel sentenza għal dan ir-reat fil-qrati Franċiżi. Hi weħlet 20 sena ħabs. L-att atroċi seħħ f'kamra għall-viżitatur f'ħabs, hekk kif l-omm marret tara lis-sieħeb tagħha.

    Sabrina Bonner ta' 25 sena, qalet lil binha biex iserraħ mas-siġġu, żammitu minn idejh, filwaqt li s-sieħeb tagħha, Lionel Barthelemy ta' 31 sena stuprah. Barthelemy kien ilu arrestat sa minn Awwissu tal-2009. F'dan il-każ il-qorti fi Strasbourg ftit tal-jiem ilu tatu l-istess sentenza bħal tal-omm dik ta' 20 sena ħabs.

    Kemm Bonner kif ukoll Barthelemy ammettew id-diversi akkużi li kellhom fosthom dwar stupru u attakki sesswali fuq it-tifel li lllum għandu tmien snin. Uħud minn dawn l-attakki, fosthom dak tal-istupru fil-ħabs ta' Toul fi Franza ġew iffilmjati bil-mobile phone tal-mara.

    Dan il-każ iqajjem ukoll dubju dwar kif il-ħaddiema tal-ħabs ma waqfux jew waqfu milli jindunaw b'dan l-att brutali li kien qiegħed isir, waqt il-ħinijiet tal-viżitaturi. L-investigaturi sabu li kienu qegħdin jintużaw boroż suwed tal-plastik mat-tieqa tal-bieb tal-kamra biex minn barra wieħed ma jarax xi jkun qed jiġri.

    L-avukat li qiegħed jirrapreżenta lill-vittma, Yannick Pheulpin, qal li beħsiebu jiftaħ anke kawża kontra l-awtoritajiet tal-ħabs fejn se jżommhom responsabbli mit-tbatija li għadda minnha t-tifel.

    Psikjatra li xehed f'dan il-każ qal li Bonner u Barthelemy kellhom relazzjoni sado-mażokista. Bonner ammettiet li kemm-il darba wettqet attakki sesswali fuq binha bejn l-2009 u l-2010. Dawn l-attakki kienet tiffilmjahom permezz tal-mobile u wara kienet tati l-card tal-mobile lis-sieħeb tagħha li f'dak iż-żmien kien il-ħabs. Kienet l-omm li tat ruħha lill-Pulizija f'Mejju tal-2011, ftit qabel ma Barthelemy kellu joħroġ mill-ħabs.

    Hi qalet li wettqet l-attakki taħt l-ordnijiet u theddid ta' Barthelemy.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    10