Il-kriżi politika Taljana taffettwa s-swieq finanzjarji

  • Set 30, 2013 12:00
  • Miktub minn
"

    Is-swieq finanzjarji qegħdin iħossu l-effetti tal-kriżi politika Taljani. Kriżi li jidher li qed tiggrava.

    Fil-fatt l-ishma Taljani waqgħu bi 2%, u l-ewro waqgħet sal-inqas livelli minn Ġunju. Dan meta mqabbel mal-Frank Svizzerru. Il-pjan tal-Prim Ministru Taljan, Enrico Letta huwa li nhar l-Erbgħa fil-Parlament jitlob vot ta' fiduċja, biex jara jekk għadux igawdi l-maġġoranza Parlamentari, permezz ta' koalizzjoni.

    Letta se jkollu jieħu dan il-pass wara li ħames Ministri mill-partit ta' Silvio Berlusconi rriżenjaw. Madankollu dawn il-ministri qegħdin jagħtu sinjali differenti dwar jekk hux se jħallu l-gvern.

    Il-kriżi waslet wara ġimgħat li fihom ir-rabtiet bejn il-partit ta' Berlusconi u dak ta' Letta bdew imorru mill-ħażin għall-agħar. Il-PDL ta' Berlusconi qiegħed jopponi żieda fit-taxxa fuq il-bejgħ, li hija parti mill-pjan tal-gvern li permezz tagħha jista' jnaqqas id-dejn pubbliku.

    Dan huwa żmien delikat għall-ekonomija Taljana. It-tbassir eknomiku internazzjonali hu li l-ekonomija Taljana se tiċkien bi 1.4%. Dan filwaqt li l-qgħad mistenni jitla għal 12.3% is-sena d-dieħla.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0