It-traġedja ta' Lampedusa: Luttu nazzjonali fl-Italja

  • Ott 04, 2013 08:48
  • Miktub minn
"

    Fl-Italja llum kien iddikjarat jum ta' luttu nazzjonali, wara li tal-inqas 155 persun tilfu ħajjithom fi vjaġġ li mill-Afrika kien qed iwassal lejn l-Ewropa. Fosthom hemm sitt nisa u żewġt itfal.

    Jidher li n-numru tal-mejta mistenni jkompli jiżdied hekk kif fuq id-dgħajsa tal-immigranti kien hemm madwar 500 persuna. Minn dawn ġew salvati 150 persuna, filwaqt li tal-inqas 200 persuna oħra għadhom mitlufa fil-Mediterran.

    Dan il-każ mill-ġdid ġibed l-attenzjoni dinjija lejn il-problema reali tal-immigranti legali. Dwar din it-traġedja l-Prim Ministru Malti Joseph Muscat ilbieraħ ta' konferenza tal-aħbarijiet fejn saħaq fuq il-bżonn li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu azzjoni fuq din il-kwistjoni. Huwa qal li din it-traġedja mill-ġdid uriet li l-ebda pajjiż tal-Mediterran ma' jista' jitħalla waħdu f'din il-kwistjoni.

    Skont il-Ġnus Magħquda l-immigranti fil-maġġoranza tagħhom kienu ġejjin mill-Eritreja u s-Somalja. Intant il-Ministru tal-Intern Taljan Angelino Alfano li anke żar il-gżira qal li l-kaptan tad-dgħajsa raġel Tuneżin ta' 35 sena ġie arrestat. Huwa ukoll tkellem fuq l-importanza li l-immigrazzjoni llegali titqies bħala problema tal-Ewropa kollha.

    Alfano spjega li d-dgħajsa telqet minn Misrata fil-Libja u beda dieħel l-ilma fiha hekk kif bdiet tersaq lejn Lampedusa kmieni l-Ħamis filgħodu. Ingħad li persuna li kien fuq id-dgħajsa biex jipprova jiġbed l-attenzjoni ta' xi nies fuq l-art, qabbad biċċ materjal fuq id-dgħjsa. Madankollu in-nar infirex mad-dgħajsa kollha.

    Fost dawk mejta hemm tliet itfal u żewġ nisa li kienu qegħdin jistennew tarbija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3