Premjati l-kuraġġ u d-determinazzjoni ta’ Malala

  • Nov 20, 2013 14:21
  • Miktub minn Albert Gauci Cunningham
"

    Malala, tfajla mill-Pakistan, kienet ippremjata għall-kuraġġ tagħha. Dan sar mill-Parlaent Ewropew bil-Premju Sakharov 2013.

    Xħin telgħet fuq il-podju, waqt sessjoni plenarja fi Strasburgu, biex tagħti l-messaġġ tagħha wara li kienet ingħatat il-Premju, Malala ikkwotat lill-awtriċi Evelyn Beatrice Hall, li kitbet il-bijografija ta’ Voltaire. “Nista' ma naqbilx ma dak li għandek xi tgħid iżda niddefendik sal-mewt għad-dritt li tgħidu."

    Malala fakkret li tant tfal madwar id-dinja qed ibatu minn opressjoni, ġuħ u faqar waqt li tant oħrajn jisfaw vittmi tat-traffikar tat-tfal għall-għanijiet differenti, l-aktar u l-agħar ta’ prostituzzjoni u ‘child-labour’.

    “Qegħdin hawn biex nagħtu lil dawn it-tfal vuċi” saħqet l-eroj Malala filwaqt li lill-Parlament mimli politikanti minn kull rokna tal-kontinent Ewropew fakkrithom li “s-saħħa ta’ pajjiż ma tkunx ikkalkulata b’kemm għandu armi, suldati u armati, imma b’kemm għandu rata baxxa ta’ illitteriżmu u b’kemm għandu edukazzjoni u nies b’kapaċitajiet diversi”. F’mument pjuttost emozzjonanti Malala qalet li miljuni ta’ tfal mhux teknoloġija moderna qed jistennew imma “ktieb u lapes” biex jibdew jedukaw ruħhom.

    Malala Yousafzai irringrazzjat lill-Parlament Ewropew ta’ dan il-premju prestiġjuż li ngħata lil uħud mill-akbar ‘gladjaturi’ tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom Nelson Mandela u Kofi Anan, u qalet kif dan jagħtiha l-kuraġġ li tkompli taħdem għad-drittijiet fundamentali tal-espressjoni u l-ħsieb.

    Albert Gauci Cunningham minn Strasburgu

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0