Verżjonijiet differenti dwar argument fuq parkeġġ f’San Ġiljan

  • Nov 20, 2013 14:37
  • Miktub minn
"

    Żewġ xhieda taw verżjonijiet kompletamnet differenti dwar każ fejn persuna qed ikun akkużat li kkaġuna ġrieħi gravi fuq anzjan waqt argument ta' parkeġġ.

    F’dan il-każ, Paul Spiteri ta’ 39 sena qed ikun mixli li kkaġuna ġrieħi lil anzjan Luigi Dalli.

    Filwaqt li l-parte civile qed issotni li l-vittma ġie aggredit minn l-imputat, id-difiża qed issotni li kien il-vittma li mar ħdejn l-imputat għas-sodisfazzjon, ipprova jagħtih daqqa ta’ ponn iżda ma laqtux bil-konsegwenza li waqa mal-art u kiser il-‘hip.’

    Il-każ seħħ nhar it-12 ta’ Lulju ta’ din s-sena.

    Fix-xhieda li ta, Luigi Dalli li huwa minn San Ġiljan qal li dakinhar li seħħ l-aċċident, mar sa fejn il-bajja ta’ Spinola biex jixtri l-ħut lill-mara. Qal li x’ħin mar hemm sab ħafna korozzi ipparkjati u ma sabx parkeġġ.

    Wara xi għaxar minuti jistenna spazju għall-parkeġġ, f’ħin minnhom inqalet karozza minn postha u għalhekk mar biex jipparkja. Madankollu dak il-ħin kien hemm raġel li mar fil-parkeġġ u beda jgħidlu biex ma jipparkjax għax il-post kien se jieħdu sieħbu.

    Dalli qal li filwaqt li baqa fil-karozza, beda jgħid lil dan ir-raġel li jekk mhux se jiċċaqlaq se jsejjaħ lill-Pulizija. F’ħin minnhom inqalet karozza oħra u dak ir-raġel li kien qed jimblukkah warrab u għaldaqstant Dalli pparkja.

    Qal li hekk kif niżel mill-karozza, l-imputat mar fuqu u tah daqqa b’mingbu. “Dak il-ħin bid-daqqa dawwarni. Jien ma kontx qed nistennieh. Ma waqajtx għax żammejt mal-vann. Imbagħad qabadni minn għonqi, żbilanċjani u daqshekk niftakar” qal Dalli.

    Ix-xhud kompla jgħid li l-imputat ma kienx l-istess persuna li beda jostakolalu l-parkeġġ.

    Qal li mbagħad sab ruħu l-Isptar. Qal li l-għada operawh u għamel b’kollox xahrejn rikoverat.

    Madankollu, il-persuna li pprova jwaqqaf lil Dalli milli jidħol fil-parkeġġ ta verżjoni differenti tal-fatti. Qal li l-vittma li saq għal fuqu u laqtu f’irkobtejh.

    “Ma sofrejt l-ebda ġrieħi għax laqatni bil-mod” qal Briffa filwaqt li tenna li meta l-akkużat sab parkeġġ ieħor huma bdew jimxu ħalli jħallu ż-żona.

    “Madankollu f’ħin minnhom smajt anzjan ġej għalina u jgħajjat li konna qed inwaqqgħuh għaċ-ċajt. Dak il-ħin Spiteri ħareġ mill-karozza u Dalli ipprova jagħtih daqqa ta’ ponn. Madankollu Spiteri warrab u dak il-ħin Dalli tilef il-bilanċ u waqa mal-art. Mhux talli Spiteri ma aggrediehx, talli ipprova jgħin lill-anzjan iqum fuq saqajh,” kompla jgħid ix-xhud.

    Xehed ukoll l-Ispettur Joanathan Cassar, li kien l-ewwel uffiċjal tal-Pulizija li mar fuq ix-xena tar-reat. Huwa xehed li Dalli instab mal-art eżatt ħdejn il-karozza ta’ Spiteri. Qal li l-karozza tal-akkużat kienet ipparkjata l-oppost tan-naħa fejn isir il-bejgħ tal-ħut.

    Il-każ ikompli.

    Għall-imputat qed jidher l-Avukat Stefano Filletti. Il-każ qiegħed jinstema' quddiem il-Maġistrat Carol Peralta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1