Il-KE tibda proċeduri kontra Malta dwar effiċjenza fl-użu tal-enerġija

  • Nov 20, 2013 15:02
  • Miktub minn
"

    Il-Kummissjoni Ewropea talbet b'mod formali lil Malta biex tiżgura konformità sħiħa mal-obbligi tal-Unjoni Ewropea dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini (id-Direttiva 2010/31/UE),. Din id-Direttiva kellha tiġi mdaħħla fil-liġi mill-Istati Membri sad-9 ta’ Lulju 2012. S’issa Malta u l-Greċja għadhom ma daħlux bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-UE fil-liġi nazzjonali u għalhekk nbdew proċeduri wkoll kontra l-Greċja.

    Fi stqarrija ntqal li l-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lil Malta fejn talbitha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri ta’ implimentazzjoni kollha meħtieġa.

    F'opinjoni motivata oħra, li tikkumplimenta dik li ntbagħtet f'Jannar, il-Kummissjoni fakkret ukoll lill-Greċja li hemm bżonn li d-Direttiva tiġi mdaħħla bis-sħiħ. Jekk dawn l-Istati Membri ma jikkonformawx mal-obbligu legali tagħhom fi żmien xahrejn, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tressaqhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    Skont din id-Direttiva, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu u japplikaw rekwiżiti minimi b'rabta mal-prestazzjoni enerġetika fil-bini; jiżguraw li l-prestazzjoni enerġetika fil-bini tiġi ċċertifikata u twettaq spezzjonijiet regolari tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata. Barra minn hekk, id-Direttiva titlob li l-Istati Membri jiżguraw li mill-2021 ’il quddiem, kull bini ġdid ikun bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero. F’Settembru 2012 il-Kummissjoni bdiet proċeduri ta’ ksur kontra 24 Stat Membru (l-Istati Membri kollha ħlief id-Danimarka, l-Irlanda u l-Isvezja), li ma kinux innotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva fil-liġi nazzjonali.

    Opinjonijiet motivati kienu diġà ntbagħtu lill-Italja, lill-Greċja, lill-Portugall u lill-Bulgarija f’Jannar 2013, lil Spanja u lis-Slovenja f’April 2013, lill-Belġju, lill-Ġermanja, lill-Finlandja, lil Franza, lil-Latvja u lill-Polonja f’Ġunju 2013 u lill-Awstrija, lil Ċipru, lill-Estonja, lil-Litwanja, lil-Lussemburgu, lill-Ungerija u lir-Renju Unit f’Settembru 2013 u lir-Repubblika Ċeka u lir-Rumanija f’Ottubru 2013.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    15