Servizz tat-Telecare iktar "intelliġenti"

  • Nov 20, 2013 16:49
  • Miktub minn
"

    Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita u l-Anzjanità Attiva Franco Mercieca flimkien mal-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO niedew illum “Telecare Plus”, servizz ġdid ta’ għajnuna u prevenzjoni għall-anzjani, persuni b’diżabilità u dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà.

    Waqt it-tnedija tas-servizz f’dar residenzjali Mercieca qal li wara 21 sena bis-servizz tat-Telecare, dan il-Gvern beda jħares lejn soluzzjonijiet innovattivi biex jimmodernizza dan is-servizz u jagħti opportunità lil anzjani jgawdu minn firxa usa ta’ servizzi li jistgħu jiġu pprovduti permezz ta’ sistema teknoloġika avvanzanta. Mercieca qal li permezz ta’ din is-sistema qed nibnu l-pedamenti għal struttura b’saħħitha għas-servizzi fil-komunità.

    Huwa spjega li permezz tat-Telecare Plus li joffri ‘intelligent hub’, l-anzjani se jkollhom il-faċilità ta’:

    1. Sistema li tfakkarhom fi x’ħin għandhom jieħdu l-mediċini,

    2. Sistema ta’ sigurtà f’darhom

    3. Sistema ta’ panic alarm

    4. Apparat teknoloġiku li joffri l-possibilità li jitqabbdu miegħu numru ta’ servizzi oħrajn skont l-għażla tal-anzjan/a.

    5. Buttuna “Jiena OK” biex il-familja jkollha moħħha mistrieħ kuljum

    Is-Segretarju Parlamentari Mercieca qal li permezz ta’ dan is-servizz ġdid se tingħata għajnuna ferm akbar lill-anzjani biex kemm jista’ jkun jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti u b’kunfidenza f’darhom stess. Fl-istess waqt dan is-servizz se jkun miżura ewlenija biex jagħti livelli ogħla ta' ‘respite care’ lil qraba li huma responsabbli għal anzjani fil-komunità.

    Għażla

    Mercieca enfassizza li kull min jixtieq jibqa’ bis-servizz tat-Telecare preżenti se jibqa’ jħallas l-istess rata li jħallas illum.

    Is-servizz tat-Telecare Plus se jkun bil-prezz ta’ €4.00 fix-xahar inkluża l-VAT jew 13-il ċenteżmu kuljum. Dawk l-abbonati preżenti tat-Telecare li juru x-xewqa li jaqilbu għat-Telecare Plus jistgħu jagħmlu dan immedjatament.

    Huwa żied jgħid li meta persuna tapplika għal dan is-servizz se jkun qiegħed jingħata l-‘intelligent hub’ flimkien ma’ pendent b’xejn li jista’ jintlibes mill-anzjani.

    Mercieca ħabbar ukoll li dan is-servizz se jkun jista’ jiġi offrut lil firxa akbar ta’ persuni hekk kif tneħħa l-capping li kien hemm qabel ta’ 10,000 persuna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1