Poġġa mus ma’ għonq anzjana u serqilha l-ġiżirana

  • Nov 20, 2013 18:45
  • Miktub minn John Pisani
"

    Il-Pulizija qed tfittex raġel ta’ karnaġġjon skur li wettaq ‘hold-up’ fuq anzjana wara li poġġilha mus ma’ għonqha. Dan il-‘hold-up’ seħħ 24 siegħa wara ‘hold-up’ fuq anzjana ta’ 75 sena mill-Belt.

    Iktar kmieni llum, il-mara ta’ 77 sena minn Bubaqra, kienet riekba fuq karozza tal-linja u fl-istess xarabank kien hemm ukoll l-agressur. Kif l-anzjana niżlet fid-destinazzjoni tagħha fi Pjazza Santa Marija f’Bubaqra, limiti taż-Żurrieq, l-allegat ħalliel niżel ukoll u segwa lill-anzjana.

    Kif din waslet fi Triq Nardu Sacco, il-kriminal mar minn warajha u poġġielha mus ta’ madwar erba’ pulzieri ma’ għonqha. Filwaqt li beda jheddiha, l-immigrant ġibed il-ġiżirana li kellha ma’ għonqha u seraqilha. Il-ħalliel deher jitlaq jiġri fid-direzzjoni taċ-Ċimiterju tar-raħal u ħalla lill-anzjana b’xokk fuqha iżda ma sofriet l-ebda ġrieħi.

    Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Surġent Therese Cuschieri li informat bil-każ lill-Ispettur Johann Fenech li qed jinvestiga dan il-‘hold-up’. Il-Pulizija mill-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit għamlu tfittxija għall-immigrant li rriżultat fin-negattiv.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    45