Louis Galea bir-rapport tal-awdituri fil-parlament Malti

  • Diċ 01, 2013 14:08
  • Miktub minn
"

    Louis Galea, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA),, ser jippreżenta r-Rapport Annwali tal-Qorti lil żewġ Kumitati Permanenti tal-Parlament għada t-Tnejn.

    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-istituzzjoni Ewropea fdata bl-awditu tal-Unjoni Ewropea (UE), u Louis Galea bħalissa huwa wkoll id-Dekan ta’ waħda mill-ħames Kmamar li fihom hi organizzata l-Qorti.

    Kull sena il-QEA tippubblika ir-Rapport Annwali ta’ verifika tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja ta’ qabel. Fil-5 ta’ Novembru l-President tal-Qorti preżenta dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew fi Brussel. Mid-dħul fis-seħħ fl-2010 tat-Trattat ta’ Lisbona, il-QEA hi wkoll meħtieġa li tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlamenti Nazzjonali tal-Stati Membri tal-UE.

    Filwaqt li l-Qorti vvalidat bħala korretti l-kontijiet finanzjarji tal-UE għas-sena finanzjarja 2012, ir-Rapport juri li jippersistu żbalji fl-oqsma prinċipali kollha ta’ nfiq tal-baġit. Il-Qorti appellat għal konsiderazzjoni mill-ġdid tar-regoli ta’ nfiq tal-UE u rrakkomandat li l-qafas leġislattiv jiġi simplifikat. Fil-messaġġ tagħha l-Qorti temfasizza l-importanza taċ-ċittadini li jkunu jafu fuq xiex qed jintnefqu t-taxxi tagħhom u jekk in-nefqa pubblika hix qed twassal biex jinkisbu l-valur u r-riżultati maħsuba.

    Galea ser jippreżenta r-Rapport Annwali għada f’seduta konġunta tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u l-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropew.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    10