Miċħud rapport dwar tender “mirbuħ”… il-proċess lanqas beda

  • Diċ 01, 2013 14:58
  • Miktub minn
"

    Il-Ministeru tas-Saħħa ċaħad rapport li deher f’The Malta Independent illum u li jirreferi għall-kuntratt ta’ sistema dwar il-kontroll tal-istokk (Stock Control System), għas-Central Procurement Supplies Unit (CPSU), għall-maħżen li nkiseb f’San Ġwann.

    Il-Malta Independent qalet li konsulent tal-Ministeru rebaħ kuntratt ta’ €105,000 biex jaħdem is-sistema għall-maħżen fejn se jinżammu l-mediċini. Dan b’referenza għal Mark Sammut, konsulent li ħa sehem ukoll fir-rapport Dalli.

    Il-Ministeru qal l-proċess ta’ evalwazzjoni għadu lanqas biss beda aħseb u ara kemm kien aġġudikat. “Il-kumitat ta’ aġġudikazzjoni għadu lanqas twaqqaf,” qal il-Ministeru tas-Saħħa.

    Il-Ministeru tas-Saħħa qal li l-ispekulazzjoni tista’ tippreġudika l-proċess ta’ evalwazzjoni. “Din is-sejħa hija sensittiva u vitali biex tigarantixxi lill-gvern sistema ta’ kontroll tal-istokk xierqa,” qal il-Ministeru tas-Saħħa. Dan sal-ħin li fil-maħżen jridu jittieħdu b’miljuni f’mediċini.

    Il-Ministeru tas-Saħħa ddeplora l-akkużi għax dawn jistgħu iwaħħlu l-proċess ta’ aġġudikazzjoni. Jekk jiġri dan jista’ jdum iktar biex jiftaħ il-maħżen ta’ San Ġwann.

    Id-dettalji dwar min tefa’ l-offerti huma pubbliċi fuq www.etenders.gov.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    11