Inklussività b’karta tal-eżami eħfef?

  • Diċ 02, 2013 07:13
  • Miktub minn Melvic Zammit
"

    “Għalkemm b’mod ġenerali ninsab sodisfatt bil-prestazzjoni tal-istudenti u bir-riżultati miksuba, hemm tfal li li mhux qed ilaħħqu mal-eżamijiet tas-SEC” (O Levels),. Dan sostnieh Fr Charles Mallia, id-Delegat tal-Arċisqof għall-iskejjel tal-Knisja. F’intervista ma’ inewsmalta.com sostna li l-għalliema tal-Matematika tal-iskejjel tal-Knisja “qed jipproponu li jkun hemm sillabu u karta tal-eżami oħra...fi kliem ieħor, materjal u karta tal-eżami li jkopru paper C, biex dawn it-tfal ikunu jistgħu jsegwu dan is-sillabu”. Kompla jgħid li bħalissa qed niddiskutu jekk proposta bħal din għandhiex inressquha quddiem id-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Fuq dan il-punt temm jgħid li “It-tfal mhux kollha l-istess. Mhux kollha jaslu l-istess”.

    Wara li spiċċaw l-eżamijiet tal-common entrance, tbaxxa l-livell tal-edukazzjoni fl-iskejjel tal-Knisja? “Mhux jinkwetana l-fatt li jistgħu jidħlu studenti b’livell inqas. Li jipreokkupana huwa kif se nkunu qed naddattaw metodi li bihom ikunu jistgħu jitgħallmu u ma jaqgħux lura”.

    L-inklussività fit-tagħlim hija waħda mill-isfidi ewlenin li qed isibu l-iskejjek tal-Knisja. “L-għalliema tagħna mhux isibuha faċli fil-mixed ability teaching”, sostna Mallia. Kompla jgħid li “Din hija sfida kbira u nixtiequ nirnexxu fiha. Nixtiequ li kemm jista’ jkun, it-tfal li jiġu għandna jimxu ’l quddiem u jikbru fit-tagħlim skont il-potenzjal tagħhom”.

    Agħfas hawn għall-intervista ma’ Fr Charles Mallia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3