Bejn 400 u 500 maqtula fis-Sudan t'Isfel

  • Diċ 18, 2013 10:47
  • Miktub minn
"

    Mijiet ta' persuna nqatlu wara ġlied bejn żewġ frazzjonijiet rivali tal-armata fin-naħa fis-Sudan t'Isfel. L-ammont ta' dawk maqtula huwa kkalkulat li hu bejn 400 u 500 ruħ. Dan tħabbar mill-Ġnus Magħquda.

    Is-Sudan t'Isfel għadda minn jumejn ta' ġlied wara li kien irrapurtat attentat ta' kolp ta' stat kontra l-President Salva Kiir. Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni Riek Machar, innega li l-akkużi tal-gvern li prova jieħu l-poter f'idejh. Machar qal li ma kien jaf b'xejn u li m'għandu l-ebda rabta mal-attentat kolp ta' stat.

    Il-President Kiir qal li grupp ta' suldati li jappoġġjaw lil Machar pruvaw jieħdu l-poter f'idejhom nhar il-Ħadd li għadda, iżda ġew megħluba. Il-gvern qal ukoll li għaxar persuni politiċi, fosthom l-eks Ministru tal-Finanzi sfaw arrestati. Jidher li dan il-ġlied qed jitqies mill-Kunsill tas-Sigurtà bħala wieħed li għandu l-potenzjal ta' gwerra ċivili, bejn iż-żewġ gruppi etniċi maġġuri, id-Dinka u n-Nuer.

    Madankollu kelliem għall-gvern tas-Sudan t'Isfel qal li dan il-ġlied m'għandu x'jaqsam xejn ma' gruppi etniċi. Intat l-Istati Uniti ordnat biex il-ħaddiema fl-ambaxxata tagħha li mhumiex ħaddiema t'emerġenza jħallu l-pajjiż.

    Is-Sudan t'Isfel ilha tipprova jkollha gvern stabbli, minn meta kisbet l-Idipendenza mis-Sudan fl-2011. Ir-referendum tal-Indipendenza kellu jwassal biex jispiċċa konflitt li kien ilu għaddej għaxar snin, imexxi mis-Sudan People's Liberation Movement kontra n-naħa ta' fuq tal-pajjiż. Iżda l-pajjiż li huwa sinjur mir-riżorsi ta' żejt, baqa' wieħed maqsum etnikament u poltikament, b'ħafna gruppi armati attivi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0