Malmstrom imħassba bl-appoġġ għall-partiti xenofobiċi

  • Diċ 19, 2013 13:03
  • Miktub minn
"

    Il-Kummisarju Ewropew Cecilia Malmstrom esprimiet it-tħassib tagħha għall-appoġġ li qegħdin jiksbu partiti xenofobiċi fl-Ewropea. “Dan l-iżvilupp huwa ta’ tħassib kbir għalija,” kitbet Malmstrom f’analiżi annwali dwar temi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha.

    Dan l-appoġġ jirriżulta minn bosta stħarriġ tal-opinjoni pubblika li qegħdin isiru madwar sitt xhur qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew is-sena d-dieħla. Iktar minn hekk fl-aħħar ġimgħat partiti tal-lemin estrem għamlu kisbiet kbar f’pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa u dan wara l-wasla ta’ diversi immigranti Sirjani.

    F’din l-analiżi Malmstrom tiddeskrivi l-mument meta żaret Lampedusa u rat 280 tebut ta’ persuni li mietu f’Ottubru li għadda, fi traġedja qrib Lampedusa, bħala l-iktar mument emozzjonanti tas-sena.

    “Kienet iebsa. Iżda, timmotivani biex inkompli niġġieled għal politika aħjar biex nevitaw aċċidenti simili fil-futur,” kompliet Malmstrom li spjegat kif huwa stmat li madwar 2,000 persuna fis-sena jmutu fi triqthom lejn l-Ewropa.

    Saħqet li l-isfida tal-immigrazzjoni mhix se titlaq u għalhekk il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-pajjiżi membri, ħolqot strateġija dwar is-suġġett.

    “Il-Kummissjoni qiegħda taħdem kuljum mal-UNHCR biex tipprova twassal pajjiżi membri jieħdu refuġjati. Ftit pajjiżi membri qegħdin jagħmlu dan illum, imma qegħdin naraw bidla żgħira lejn iktar ftuħ f’din il-kwistjoni,” qalet Malmstrom li kitbet ukoll dwar żewġ temi li ddeċidiet dwarhom il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u li hi tqis bħala importanti.

    Fl-ewwel każ l-Qorti Ewropea ddeċidiet li omosesswali li japplikaw għall-ażil jikkostitwixxu grupp partikolari u għalhekk jikkwalifikaw għall-ażil f’pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

    Fit-tieni lok kien hemm deċiżjoni dwar it-trasferiment tat-tfal skont ir-regola tad-Dublin Two. Regola li tibgħat lura immigrant lejn il-pajjiż fejn għamel l-ewwel applikazzjoni tiegħu għall-ażil.

    Skont il-Qorti Ewropea dan għandu jsir biss biex minuri jingħaqad ma’ membri tal-familja tiegħu u jekk dan ma jkunx il-każ l-applikazzjoni għall-ażil għandha ssir fil-pajjiż fejn ikun qiegħed fil-mument.

    Ir-ritratt juri ż-żjara ta' Malmstrom f'Lampedusa. Iddeskriviet din iż-żjara bħala l-iktar mument emozzjonanti tas-sena.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    16