Putin jiddefendi l-għajnuna finanzjarja għall-Ukrenja

  • Diċ 19, 2013 12:31
  • Miktub minn
"

    Il-President Russu Vladimir Putin stqarr li r-relazzjoni mill-viċin mal-Ukrenja hija vitali għall-interessi nazzjonali Russi.

    “Irridu niddefendu l-bibien tal-pajjiż tagħna,” saħaq Putin mal-ġurnalisti f'Moska, ġranet wara li r-Russja tat lill-Ukrenja 10.9 biljun ewro f'għajnuna finanzjarja u fi skontijiet tal-gass.

    Skont Putin, l-Ukrenja huwa stat fraternali b'relazzjonijiet industrijali mill-qrib mar-Russja. Diversi dimostrazzjonijiet ħakmu parti kbira mill-Ukrenja minn meta l-President Viktor Yanukovych issospenda l-qbil mal-Unjoni Ewropea x-xahar li għadda.

    L-Oppożizzjoni ilha tisħaq li tkun taf liema huma l-kundizzjonijiet li l-Kremlin qiegħda tikkonsidra relatati mad-deċiżjoni li tixtri 15-il biljun dollaru f'bonds tal-Gvern Ukren u li jaqtgħu l-prezz tal-gass b'aktar minn 400 dollaru kull elf metru kubu għal 268.5 dollaru.

    L-għajnuna finanzjarja Russa tista' tikkontrolla kriżi ta' dejn għall-Ukrenja fi żmien stipulat. F'konferenza tal-aħbarijiet f'Kiev illum, Yanukovych stqarr li dan il-qbil ma' Moska m'għandux x'jaqsam mal-proċess li l-Ukrenja għaddejja minnu lejn integrazzjoni Ewropea.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0