FILMATI: Jaqa’ saqaf ta’ teatru f’Londra

  • Diċ 20, 2013 08:23
  • Miktub minn
"

    Għaddejja investigazzjoni biex ikun stabbilit x’wassal biex waqa’ s-saqaf ta’ teatru f’Londra, l-Apollo Theatre. Dan wassal biex weġġgħu 76 persuna u seba’ minnhom weġġgħu serjament.

    Parti kbira mis-saqaf waqgħet fuq l-udjenza waqt preżentazzjoni ta’ The Curious Incident of The Don In The Night Times.

    Xi rapporti fil-midja Ingliża jgħidu li ftit qabel waqa’ s-saqaf xi ilma beda dieħel minn xquq fl-istess saqaf. Is-sid tat-teatru ddeskriva l-inċident bħala “xokkanti u ta’ dwejjaq.” Esperjenzi ta' persuni li kienu ġewwa jistgħu jinstemgħu fil-filmat t'hawn fuq.

    It-teatru kien kważi mimli. Fil-fatt kien hemm 720 persuna. Minn dawn 58 ttieħdu għal kura fi sptarijiet f’Londra. Minkejja d-diversi ġrieħi jidher li ma kien hemm ħadd fil-periklu tal-mewt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3