25 sena mit-traġedja ta' Lockerbie

  • Diċ 21, 2013 14:07
  • Miktub minn
"

    Il-Boeing 747, bit-titjira Pan Am 103, minn Londra għal New York kien ilu biss nofs siegħa li beda t-titjira tiegħu fil-lejl tal-21 ta' Diċembru 1988, meta sploda. F'din it-traġedja kienu mietu l-passiġġieri kollha fuq l-ajruplan, - 243, mietu ukoll 16-il persuna li kienu membru tal-kru, filwaqt li 11-il persuna oħra mietu f'darhom hekk kif l-ajruplan niżel mal-art fil-belt ta' Lockerbie fl-Iskozja.

    Illum b'mod speċjali fl-Iskozja qed ikun imfakkar il-25 sena anniversarju mit-traġedja ta' Lockerbie.

    It-traġedja ta' Lockerbie tibqa' l-akbar attakk terroristiku li qatt ġie mwettaq fir-Renju Unit. Fost l-attivitajiet li se jfakkru dan l-avveniment traġiku se jkun hemm servizz fil-Westminister Abbey f'Londra. Dan l-anniversarju se jkun imfakkar ukoll fl-Amerika. Il-maġġoranza tal-passiġġieri u kru kollu fuq it-titjira Pan Am 103 kienu Amerikani.

    Kienu żewġ Libjani akkużati b'dan il-każ Abdelbaset al-Megrahi u Al Amin Khalifah Fhimah. Fl-2001, il-Libjan Abdelbaset al-Megrahi nstab ħati b'dan l-attakk terroristiku. Huwa nstab ħati f'seduta speċjali tal-Qorti Skoċċiża li saret fl-Olanda. Fl-2009 al-Megrahi inħeles mill-ħabs fuq raġunijiet ta' saħħa hekk kif instab li kien qed ibat minn kanċer tal-prostata li kien fi stadju avanzat. Megrahi miet is-sena li għaddiet (2012), fid-dar tiegħu fi Tripli. Fhimah kien instab innoċenti.

    Fl-aħħar sigħat sar magħruf li l-familja ta' Megrahi se jiftħu appell dwar dan il-każ. Hekk kif sostnu li jriedu li l-verità tkun żvelata.

    Skont dak li ntqal anke fil-Qrati dwar dan il-każ al Megrahi u Fhimah immanifaturaw il-bomba minn esplossivi tal-plastik, ħbewha f'cassette recorder Toshiba u ħġbew ir-recorder f'bagalja Samsonite. Huma poġġew din il-bagalja fuq titjira tal-Air Malta minn Malta għall-Frankfurt il-Ġermanja. Huwa mifhum li minn Frankfurt il-bagalja tpoġġiet fuq it-titjira Pan Am 103.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0