Evidenza ġdida dwar Lockerbie… Is-CIA kienet taf li ma kinux il-Libjani

  • Diċ 21, 2013 18:50
  • Miktub minn
"

    Dokumentarju mxandar fuq l-istazzjon televiżiv Britanniku Channel 4, fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mill-istraġi ta’ Lockerbie, isostni permezz ta’ evidenza ġdida li s-Servizzi Sigrieti Amerikani (CIA), kienu jafu li ma kinux il-Libjani wara t-tqegħid tal-bomba fuq l-ajruplan tal-PanAm. Għalhekk, Abdelbaset Al Megrahi, l-unika persuna misjuba ħatja wara din it-traġedja, fil-verità kien innoċenti.

    Skont din l-evidenza s-Sirjani kienu nfurmaw lis-CIA bil-kuntatt li kellhom ma’ Ahmed Jabril, mexxej tal-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina, u abbażi tat-tagħrif miksub minn dan il-kuntatt is-CIA kienu konvinti li l-attakk terroristiku twettaq mill-grupp Palestinjan. Madankollu, kienet l-Istati Uniti li nfluwenzat biex is-suspetti inizzjali fil-Palestinjani eventwalment jitwaqqgħu u s-suspett idur fuq il-Libja.

    Din l-evidenza tkellem dwarha Richard Fuisz, li fl-1988 – meta seħħet it-traġedja – kien aġent tas-CIA. Fuisz kien ta x-xhieda tiegħu quddiem qorti Amerikana bejn is-sena 2000 u l-2001, fejn tkellem fit-tul dwar it-tagħrif li ngħata mis-Sirjani dwar il-każ Lockerbie. Matul id-depożizzjoni tiegħu fil-qorti, preżenti kien hemm tliet uffiċjali tas-CIA u avukat mid-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan. L-evidenza ta’ Fuisz baqgħet qatt ma kienet ippubblikata sakemm John Ashton, investigatur li ħadem flimkien mat-tim legali ta’ Al Megrahi, ma ħariġx il-ktieb tiegħu dwar din it-traġedja “Scotland’s Shame: Why Lockerbie Still Matters”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0