L-Għammieri mibdul f’villaġġ tal-Milied

  • Diċ 22, 2013 14:24
  • Miktub minn
"

    F’attività marbuta mal-Milied u li saret b’risq l-Istrina, illum l-Għammieri nbidel f’villaġġ tal-Milied. Wieħed isib presepju ħaj, diversi bejjiegħa ramaw b’tilari mimlijin ħlewwiet u prodotti tradizzjonali u ġiet organizzata quddies fil-miftuħ fejn indaqqu bosta kanzunetti tal-Milied.

    Jispikka b’mod partikolari l-fatt li waqt din l-attività kien hemm lok fejn in-nies jammiraw bosta annimali li jitkabbru fl-Għammieri, fosthom baqar, mogħoż u barrin.

    Din il-ħaġa ġibdet l-interess partikolari tat-tfal, li mal-ewwel ħeġġew lill-ġenituri tagħhom biex joħduhom ħdejn l-annimali u jmellsuhom.

    Kor magħmul minn tfal u anke kbar bdew iferrħu lil dawk preżenti b’kanzunetti tal-Milied, filwaqt li l-ħwienet li kien hemm armati bdew ibigħu l-qastan inkaljat, tal-imbuljuta u inbid sħun, biex b’hekk komplew ħolqu atmosfera mill-isbaħ għal waqt dawn iż-żminijiet. Ma naqsux ukoll bejjiegħa ta’ prodotti tipiċi Maltin, bħaż-żejt taż-żebbuġa u anke ta’ presepji li għandhom l-oriġini tagħhom mill-Ġermanja. Oħrajn bdew ibigħu ħelu tipiku Malti u anke tjur u annimali.

    Ritratti: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3