Jinħelsu taħt l-amnestija!

  • Diċ 23, 2013 13:05
  • Miktub minn
"

    Iż-żewġ membri tal-grupp Russu ta' dimostranti punk, Pussy Riot, ġew meħlusin kmieni matul il-ġurnata tal-lum taħt il-liġi tal-amnestija.

    Nadezhda Tolokonnikova ħarġet illiberata mill-isptar tal-ħabs fis-Siberia, hekk kif il-kollega tagħha fil-grupp Maria Alyokhina ġiet meħlusa aktar kmieni f'Nizhny Novgorod.

    It-tnejn li huma ċaħdu l-amnestija bħala “manuvra propagandistika” qabel ma jsiru l-Olimpjadi tax-xitwa fir-Russja fi Frar li ġej. In-nisa kienu arrestati f'Awwissu 2012 wara li kantaw kanzunetta bħala protesta fil-katidral ewlieni ta' Moska. Dan l-att kien meqjus bħala skandalistiku u li jmur kontra r-reliġjon minn ħafna Russi. Minkejja dan ħafna gruppi li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-bniedem, attivisti ta' kontra Putin u gvernijiet barranin saħqu li dawn in-nisa m'għamlu xejn ħażin.

    Is-sentenza ta' dawn iż-żewġ nisa kellha tinstema' f'Marzu 2014, imma l-ħelsien tagħhom sar imminenti wara li l-Parlament Russu għadda liġi l-ġimgħa li għaddiet fejn ta l-amnestija lil aktar minn 20,000 priġunier, inkluż ommijiet. Ta' min jgħid li dawn iż-żewġ nisa tal-grupp Pussy Riot għandhom tfal żgħar fil-kustodja tagħhom.

    L-amnestija qiegħda tiġi meqjusa minn ħafna bħala attentat biex titnaqqas il-kritika tar-rekord Russu ta' ksir tad-drittijiet tal-bniedem qabel ma jibdew l-Olimpjadi tax-xitwa fil-Black Sea Resort f'Sochi fi Frar li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0