Ġewnaħ tal-British Airways jolqot blokk ta' uffiċini!

  • Diċ 23, 2013 13:34
  • Miktub minn
"

    Ajruplan li kien qed iġorr aktar minn 200 persuna fuqu laqgħat blokk ta' uffiċini hekk kif kien qed jipprepara biex itir mill-belt tal-Afrika t'Isfel ta' Johannesburg.

    It-titjira tal-British Airways lejn Londra kien qed idur fuq ir-‘runway’ tal-ajruport internazzjonali OR Tambo meta l-ġewnaħ tal-lemin laqtet dan il-blokk bini, fejn erba' persuni li kienu ġewwa sfaw midrubin.

    L-Awtorita tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Afrika t'Isfel stqarret li l-ajruplan daħal f'dak li huwa magħruf bħala “tax-way” li milli jidher kienet dejqa wisq. Dan l-inċident fejn involut hemm l-ajruplan Boeing 747-400 ġara tard ilbieraħ. “It-torri tal-kontroll qalilhom biex jieħdu ‘taxi-way’ oħra imma kien kollu għalxejn,” saħqet il-kelliema tal-Awtorita Phindiwe Gwebu.

    Il-passiġġier li kien abbord, John Hart saħaq mal-BBC li l-kaptan iddeskriva d-daqqa bħala “inċident żgħir” imma kulħadd seta' jara b'għajnejh dak li tassew ġara. Ħadd minn dawk abbord l-ajruplan ma safa ferut. Hart kompla jgħid li l-passiġġieri tħallew jinżlu mill-ajruplan wara siegħa u minħabba li beda jqattar xi fjuwil ma tħallewx jiġbru l-bagalji tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0