L-ewwel dramm f’Malta dwar Papa Franġisku

  • Diċ 25, 2013 21:29
  • Miktub minn
"

    L-Iskola St Michael ta’ Santa Venera, skola sekondarja tal-Knisja mmexxija mis-Soċjetà tal-MUSEUM, fil-ġranet tal-Milied, tellgħet dramm oriġinali bil-Malti fuq il-Papa Franġisku. Id-dramm miktub minn wieħed mill-għalliema tal-istess skola, Robert Aloisio jismu Papa Franġisku – Ir-Rivoluzzjoni tat-Tenerezza.

    Id-dramm huwa mibni fuq tliet telefonati, waħda minnhom immaġinarja, li Papa Franġisku għamel lil tlieta min-nies li sar jaf li kienu għaddejjin minn tbatija kbira. Id-dramm imbagħad joħodna għal serje ta’ flashbacks li juruna xeni mit-tfulija u ż-żgħożija ta’ Jorge Mario Bergoglio. Id-dramm, li fih jieħdu sehem madwar tletin student, diġà ttella’ darbtejn dan ix-xahar u ntlaqa’ tajjeb ħafna u se jerġa’ jsir għat-tfal tal-Museum nhar il-Ħadd li ġej fil-5pm fl-iskola St Michael.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1