Daniel Holmes b’petizzjoni lill-Kummissjoni Ewropea

  • Diċ 26, 2013 09:35
  • Miktub minn
"

    Il-familja ta’ Daniel Holmes, li weħel għaxar snin ħabs fuq kultivazzjoni ta’ kannabis, għamlet petizzjoni mal-Kummissjoni Ewropea tilmenta minn diskriminazzjoni sistematika kontra persuni li jiksru l-liġi u m’humiex Maltin.

    Huwa l-ġurnal The Guardian li rrapporta kif dan l-aħħar żvilupp fil-każ Holmes. Qabel is-sentenza tal-Qorti tal-Appell kienu diversi l-appelli favur tiegħu f'pajjiżna.

    Il-Qorti tal-Appell weħel għaxar snin ħabs fuq kultivazzjoni ta’ kannabis. Huwa kien ammetta li kellu fil-pussess tiegħu kilo kannabis.

    Kien fl-2006 meta Holmes nqabbad ikabbar il-kannabis fi flat f'Għawdex. Hemm kien joqgħod ma' ħabib tiegħu, Barry Lee. Fl-2011, Holmes ametta l-akkużi miġjuba kontrih fuq parir legali li ngħata, u għalkemm il-prosekuzzjoni talbet għal tmien snin priġunerija, huwa ngħata għaxar snin ħabs u multa ta' €23,000. Lee kien instab mejjet fiċ-ċella tiegħu fl-2010.

    Holmes dejjem insista li d-droga, li kienet tikkonsisti f'ħames pjanti kbar u 25 pjanta żgħar, kienet għall-użu pesonali tiegħu. Huwa qal li l-agħar hu li f'Malta l-liġi ma tagħmilx distinzjoni bejn kultivazzjoni u traffikar.

    Waqt li Holmes kien qiegħed barra mill-ħabs bil-ħelsien mill-arrest, huwa ltaqa' ma' Marzena mara ta' nazzjonalità Polakka. Kellhom tifla Rainbow li twieldet tliet ġimgħat qabel ma' Holmes ngħata s-sentenza tiegħu. Il-koppja żżewġu f'Mejju tal-2012 fil-ħabs stess. Wara xhur toqgħod Malta waħedha b'tarbija tat-twelid, Marzena telqet minn Malta u marret Wales viċin il-ġenituri ta' Holmes.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    14