Esperjenza li timmaturak

  • Set 06, 2012 16:56
  • Miktub minn Joseph Vella

    Fid-dinja tal-lum, aktar minn qatt qabel qed nisimghu l-bżonn li r-riżors uman f’pajjiżna jrid ikun ippreparat bl-aktar mod possibli mil-lat akkademiku biex ikun jista’ jilqa’ għal ħtiġijiet tar-realtà ekonomika li ninsabu fiha llum. Kulma jmur, aktar qed nsiru pajjiż fejn is-settur tas-servizzi qed jikber, fejn il-kwalità qed issir aktar importanti mill-kwantità u għalhekk fejn il-bżonn ta’ taħriġ kontinwu huwa bżonnjuż aktar minn qatt qabel.

    Dan il-bżonn qed narawh f’kull qasam inkluż is-settur pubbliku u kien għalhekk li anke jien personalment ħassejt il-bżonn bħala ħaddiem f’dan is-settur nieħu l-opportunità offruta mill iSTEPS biex b’borża ta’ studju inkun nista nsostni parti minn Masters degree fil-qasam ta’ l-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea ġewwa l-università ta’ Londra.

    Tul is-sena li għamilt barra rnexxili niltaqa’ ma’ żgħażagħ, (uħud ukoll jaħdmu mal-gvern jew parastatali ġewwa pajjiżhom), minn kull rokna tad-dinja. Opportunità li għenitni nirrelata ma’ kulturi differenti u fuq kollox ma taħlita ta’ ideat li tawni dak il-valur miżjud li ma kontx niggwadanja kieku ħadt il-kors ġewwa Malta jew permezz ta’ studju onlajn. Tajjeb li l-istudenti u ħaddiema Maltin jaraw li jaħtfu dawn l-opportunitajiet u fejn possibli anke jmorru jistudjaw 'il barra minn xtutna biex ikollhom kuntatt dirett ma kulturi differenti.

    Boroż ta’ studju bħal dawn jgħinu biex itaffu parti sostanzjali mill-piż finanzjarju li wieħed jew waħda jaffaċjaw meta jidħlu għal sfidi ta’ tagħlim fuq dan il-livell. Din il-borża ta’ studju ħadtha permezz tal-Fond Soċjali Ewropew, Programm Operattiv II taħt il-politika ta’ koeżjoni 2007-2013 li t-tema tiegħu hija “Xogħol aħjar, għal kwalità ta’ ħajja aħjar”. Dan il-fond u ko-finanzjat mill-gvern ċentrali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0