L-Air Malta tniedi offerti speċjali

  • Set 07, 2012 17:06
  • Miktub minn

    L-Air Malta nediet kampanja għall-klijenti tagħha biex toffrilhom l-opportunità li jivvjaġġaw lejn Pariġi din ix-Xitwa bi prezz speċjali li jibda minn €90 biss. Dan il-prezz huwa bbażat fuq titjira one- way bit-taxxi nklużi.

    Pariġi hija il-belt tad-dwal jew kif inhi magħrufa aħjar bħala La Ville-lumière minħabba li kienet pijuniera fis-sistema tad-dawl fit-toroq. L-għażla vasta ta' galleriji tal-arti, knejjes, mużewijiet u postijiet ta' interess jirriflettu s-sbuħija u l-importanza ta’ din il-belt magika. Pariġi hija belt li kull persuna li tħobbu s-safar għandha żżur kemm il-darba. Magħrufa ukoll bħala l-aktar belt romantika fl-Ewropa, wieħed għandu jżur Pariġi ċertament mill-inqas darba matul ħajtu; mhux biss biex jesperjenza r-romantiċizmu tagħha iżda wkoll sabiex jesperjenza il-karattru uniku; lussuża iżda mhux raffinata; kontemporanja iżda fl-istess ħin komda. Attrazzjonijiet li wieħed m’għandux jitlef huma t-torri Eiffel, il-mużew tal-Louvre, Versailles u Champs-Élysées fost l-oħrajn. L-Air Malta topera servizz erba' darbiet fil-ġimgħa lejn u minn Pariġi lejn l-ajruport ta’ Orly kif ukoll titjiriet addizzjonali lejn l-ajruport ta’ Charles De Gaulle matul ix-Xitwa 2012/2013.

    L-Air Malta qed toffri wkoll prezzijiet speċjali lejn Lyon u Marsilja li jibdew minn €67 fuq bażi one- way bit-taxxi nklużi. Dawn it-titjiriet se jibqgħu joperaw sa’ l-aħħar t’Ottubru.

    Dawn l-offerti speċjali huma validi għall-ivvjaġġar bejn l-1 t’Ottubru u l-15 ta’ Diċembru 2012 fil- każ ta’ Pariġi u sa l-aħħar t’Ottubru għal Lyon u Marsilja. In-numru ta’ siġġijiet bil-prezz indikat huma limitati u mhumiex rifondibbli. Termini u kundizzjonijiet oħra jistgħu japplikaw.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0