Aġġornat (2),: Ajruplan b’295 persuna abbord attakkat u mġarraf fl-Ukrajna

  • Lul 17, 2014 18:11
  • Miktub minn
"

    Ajruplan tal-passiġġieri tal-Malaysian Airlines ġie rrapportat li ġie attakkat u mġarraf fil-fruntiera bejn ir-Russja u l-Ukrajna, bil-konsegwenza li mietu l-295 persuna li kienu abbord.

    It-titjira MH17, li kienet qiegħda ġġorr 280 passiġġier u 15-il membru tal-ekwipaġġ kienet qiegħda fit-tirq minn Amsterdam lejn Kuala Lampur.

    Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Interfax, l-ajruplan intilef ħdejn Donetsk fejn ir-ribelli favur ir-Russja qegħdin jiġġieldu mal-qawwiet tal-Gvern Ukren għal diversi ġimgħat.

    Il-filmati fuq it-televiżjoni wrew dħaħen kbar fis-sema li kien ġej mill-ajruplan malli ġġarraf. Hu maħsub li l-ajruplan intlaqat minn missila BUK fl-għoli ta’ 33,000 pied madwar 20 mil qabel ma daħal fl-ispazju tal-ajru Russu.

    Skont l-awtoritajiet Ukreni, se ssir investigazzjoni dwar min waqqa’ l-ajruplan.

    Jidher li l-passiġġieri kollha huma mejtin.

    Investigaturi dwar l-inċidenti fl-ajru qegħdin jippjanaw biex jispezzjonaw il-pjan tat-titjira li sar mill-piloti fuq dan l-ajruplan biex jaraw jekk tarux minn fuq żona ta’ gwerra biex jiffrankaw il-fjuwil.

    Espert tal-avjazzjoni żvela kif din il-linja tal-ajru, bħal oħrajn, għadhom jużaw din ir-rotta għax hi waħda iqsar u għalhekk biha jiġi ffrankat il-fjuwil u l-flus.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0