Hi ħelsitha… imma hu le!

  • Lul 18, 2014 15:14
  • Miktub minn
"

    Kienet ċajta kerha tad-destin għal steward tal-ajru Mależjan li miet fuq l-ajruplan li ġġarraf ilbieraħ wara li bidel ix-xift tiegħu biex jaħdem fuq it-titjira MH17.

    Dan il-każ seħħ biss ftit xhur minn mindu martu, li wkoll taħdem bħala steward, ħelsitha mill-mewt wara li bidlet ix-xift tagħha biex ma taħdimx fuq it-titjira li wkoll spiċċat f’diżgrazzja, l-MH370.

    Kienet deċiżjoni tal-aħħar minuta min-naħa ta’ Sanjid Singh li jirkeb fuq it-titjira MH17 tal-linja tal-ajru Mależjana. Fil-fatt, rapporti fuq The Malaysian Insider jgħidu li r-raġel ta’ 41 sena kien bidel it-titjira ma’ kollega tiegħu.

    Min-naħa l-oħra, martu kienet bidlet biex ma tkunx fuq it-titjira MH370 li ntilfet f’Marzu li għadda.

    Missier dan l-isteward, Jijar Singh ta’ 71 sena wera sogħba għat-telf ta’ ibnu hekk kif qal li kien ħerqan biex jara lil ibnu wara t-titjira.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0