Esperti dwar l-AIDS fost il-mejtin fuq l-ajruplan li ġġarraf

  • Lul 18, 2014 16:17
  • Miktub minn
"

    Il-komunità tar-riċerka dwar l-AIDS tinsab ixxokjata wara li għexieren ta’ esperti dwar l-HIV huma masħubin li mietu fuq l-ajruplan Mależjan li ġġarraf fuq l-Ukrajna. Dan qed iqajjem tħassib dwar l-effett li jista’ jkollu fuq ir-riċerka dwar il-kura tal-AIDS.

    Fosthom jidher li kien hemm Joep Lange li ilu jirriċerka għal dawn l-aħħar 30 sena u kien ikkonsidrat bħala ġgant f’dan il-qasam.

    Id-Direttur tal-London School of Hygiene and Tropical Medicine, Peter Piot qal ma’ Reuters li Lange kien wieħed mill-aktar riċerkaturi kreattivi tal-AIDS li kien iddedikat ħafna lejn il-pazjenti tiegħu u biex jegħleb l-AIDS fl-aktar pajjiżi foqra tad-dinja.

    Min-naħa tal-programm tal-Ġnus Magħquda dwar l-AIDS, il-UNAIDS intqal li l-biża’ hi li d-dinja tilfet uħud mill-aqwa akkademiċi, ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u attivisti dwar l-AIDS.

    Fil-fatt, jidher li madwar 100 persuna li kienet sejrin għall-konferenza AIDS 2014 f’Melbourne kienu fuq din it-titjira, fosthom Lange li kien eks-President tal-International AIDS Association li torganizza l-konferenza.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0