Iżrael żied l-offensiva tiegħu f’Gaża permezz ta’ iżjed artillerija, tankijiet tal-gwerra u anke bastimenti tal-gwerra. Barra minn hekk, ħabbar li jista’ jkun qed iwessa’ din l-operazzjoni li skont il-Palestinjani qiegħda toqtol dejjem aktar nies ċivili.
Qabel biss kien sebaħ, il-bastimenti tal-gwerra kienu diġà bdew jisparaw fl-ajru, filwaqt li l-ħelikopters sparaw fl-istrixxa twila madwar 25 mil matul il-kosta tal-Mediterran. Il-Ħamas komplew jisparaw lejn it-truppi matul il-fruntiera fil-villaġġi ta’ Ashdod u Ashkelon.
Sadanittant, skont uffiċjali tas-saħħa Palestinjani kien hemm 27 Palestinjan, fosthom tarbija, żewġt itfal u mara ta’ 70 sena li nqatlu sa minn meta Iżrael beda jxerred l-attakki fuq l-art.
Matul il-lejl jidher li nqatel suldat Iżraelit u fil-fatt dan kien it-tieni persuna li miet għal Iżrael fi 11-il ġurnata ta’ ġlied.
Il-Prim Ministru Iżraelit, Benjamin Netanyahu spjega kif din l-għażla ttieħdet wara li ttieħdu l-għażliet kollha oħrajn li kien hemm u waslu għall-konklużjoni li mingħajr din l-operazzjoni kien se jkollhom iħallsu prezz ferm ogħla. Semma wkoll kif l-għan prinċipali hu li jiġi stabbilit mill-ġdid il-kwiet.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.