Merkel titlob lir-Russja tammetti r-responsabbiltà tagħha f’dan id-diżastru fl-Ukrajna

  • Lul 18, 2014 18:23
  • Miktub minn
"

    Il-kanċillier Ġermaniża, Angela Merkel qalet li r-Russja trid tammetti li għandha parti mir-responsabbiltà fid-diżastru li seħħ fl-Ukrajna.

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet li tat f’Berlin, Merkel qalet li hu importanti li ssir investigazzjoni internazzjonali kemm jista’ jkun malajr. Qalet li hemm ħafna ħjiel li l-ajruplan twaqqa’ u għalhekk sostniet li l-affarijiet iridu jittieħdu bis-serjetà.

    Min-naħa tagħha, Merkel talbet lir-Russja biex tammetti r-responsabbiltà tagħha għal dak li qed iseħħ fl-Ukrajna, b’mod speċjali minħabba l-fatt li ħalliet armi u tankijiet tal-gwerra li jaqsmu l-fruntiera f’territorji Ukreni kkontrollati minn separatisti favur ir-Russja.

    Il-Kanċillier qalet li diġà tkellmet ilbieraħ filgħaxija mal-President Russu, Vladimir Putin u stqarret li għandhom ħafna opinjonijiet diverġenti dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Għamlitha ċara li min waqqa’ l-ajruplan irid jitressaq quddiem il-ġustizzja u għalhekk qalet li hemm bżonn li ssir l-investigazzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0