Tifel ta’ disa’ snin jerġa’ jsir l-iżgħar għarus fid-dinja

  • Lul 19, 2014 09:50
  • Miktub minn
"

    Saneie Masilela hu tifel ta’ disa’ snin li lbieraħ reġa’ sar l-iżgħar għarus fid-dinja, hekk kif għat-tieni darba f’sentejn reġa’ żżewweġ lil mara ta’ 62 sena.

    Liebes addattat għall-okkażjoni, it-tfajjel qabad id il-mara tiegħu, Helen Shabangu, li tiġi omm ta’ ħames itfal u flimkien reġgħu għamlu l-wegħdi lil xulxin quddiem madwar mitt mistieden.

    Filwaqt li t-tfajjel qal li reġa’ għamel repetizzjoni taż-żwieġ biex ikun uffiċjali, min-naħa l-oħra r-residenti tal-villaġġ ta’ Ximhungwe f’Mpumalanga fl-Afrika t’Isfel raw dan iż-żwieġ bħala “xokkanti”.

    Iċ-ċerimonja saret quddiem ir-raġel li kellha Helen li kien preżenti wkoll fiċ-ċerimonja tas-sena l-oħra. Hu sostna li flimkien ma’ wliedu hu m’għandux problema li l-mara tiżżewweġ tifel u sostna li ma jinteressahx x’jgħidu n-nies.

    Filwaqt li dan iż-żwieġ sar minħabba tradizzjonijiet, it-tifel xorta jixtieq li ’l quddiem jiżżewweġ lil xi ħadd ta’ mparu meta jikber. Fil-fatt, hu qal li bi ħsiebu jistudja bis-serjetà l-iskola u meta jasal iż-żmien jiżżewweġ mara daqsu. Semma kif minkejja li ma jgħix ma’ Helen, xorta jiltaqa’ magħha fil-post tax-xogħol fejn taħdem ommu.

    Min-naħa tagħha, Helen qalet li hi kuntenta li t-tfajjel għażel lilha u awgurat li ’l quddiem ikollu l-familja tiegħu u jiżżewweġ. Spjegat li din iċ-ċerimonja saret biex ikunu kuntenti l-antenati u qalet li din hi logħba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    4