Kmandat tar-ribelli li aktarx waqqa’ l-MH17 jgħid li l-katavri li nstabu “mhumiex friski”

  • Lul 19, 2014 17:28
  • Miktub minn
"

    Il-kmandant tar-ribelli li qiegħed jingħad li waqqa’ t-titjira MH17 għamel stqarrijiet ta’ barra minn hawn hekk kif sostna li l-katavri li nstabu fuq is-sit fejn iġġarraf l-ajruplan “mhumiex friski”.

    Skont rapporti fuq midja barranija, is-Separatist favur ir-Russja, Igor Girkin qal li l-katavri li nstabu fit-tiġrif kienu ilhom mejtin ġranet qabel mal-ajruplan biss ittajjar.

    Skont il-websajt tar-ribelli Russkaya Vesna, il-mexxej ġie informat minn nies li kienu fuq ix-xena fil-Lvant tal-Ukrajna li numru sinjifikanti ta’ katavri kienu żvinati mid-demm u kellhom riħa ta’ dekompożizzjoni. Barra minn hekk, l-uffiċjal li kien parti mis-servizz tad-difiża Russu, qal li fit-tiġrif instabu ammonti ta’ serum tad-demm u medikazzjonijiet.

    Filwaqt li s’issa ma ġiet ikkonfermata ebda informazzjoni milli ta, dan l-uffiċjal sostna li l-awtoritajiet Ukreni kapaċi jaqgħu fil-baxx.

    Min-naħa l-oħra, dan is-separatist aktarx li kien fosta dawk li bdew jidħku meta bdew jiġbdu filmati tal-ajruplan jiġġarraf. Jidher li l-filmati ġabuh jidher daħkan u jifraħ minħabba l-ammont ta’ duħħan li tela’ waqt l-impatt.

    Ftit wara li ntlaqat l-ajruplan, dan is-separatist kiteb fuq Twitter li kien responsabbli minn dan l-attakk. Jidher li dak il-ħin hu ħaseb li kien laqat ajruplan militari Antonov-26 tal-qawwa tal-ajru Ukrena. Qal ukoll li huma kienu wissew lill-Ukreni biex ma jtirux fis-sema tagħhom.

    Aktar tard, malli sar magħruf x’kien ġara, din it-tweet tħassret u jidher li l-uffiċjal induna li kien għamel żball katastrofiku.

    Ritratt: L-uffiċjal tan-nofs hu s-Separatist Igor Girkin li hu maħsub li waqqa’ t-titjira MH17.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    1