Vodafone Malta tappoġġja lil LAND

  • Set 10, 2012 14:12
  • Miktub minn

    Il-Vodafone Malta Foundation appoġġjat grupp ta’ żgħażagħ mill-organizzazjoni Living Ability not Disability (LAND), li ngħaqdu flimkien ma’ 350 żgħażagħ oħra minn madwar id-dinja f’kamp annwali tas-sajf. Din is-sena l-attività saret f’Awwissu f’Balatonfoldvar fl-Ungerija.

    “Sodisfatti ħafna li bħala fondazzjoni qed nappoġġjaw inizjattivi bħal dawn għax permezz ta’ dan l-appoġġ qed inqajmu kuxjenza meħtieġa fuq l-organizzazzjoni LAND,” qalet Roberta Pace minn Vodafone Malta Foundation. “Permezz ta’ dawn il-fondi qed nagħmlu ħilitna biex niżguraw li aktar u aktar żgħażagħ b’diżabbiltà jkollhom l-opportunità li jgawdu l-ferħ u l-benefiċċji ta’ kampijiet li jsiru barra minn Malta, kif ukoll ikunu f’kuntatt ma’ nies differenti minn kulturi differenti.”

    Il-kamp divertenti kien jikkonsisti f’ġimgħa mimlija attivitajiet, sports, logħob u mawriet kulturali, fosthom logħob fuq il-bajja, board games, għawm f’Lake Balaton, xogħol tal-fuħħar, u tgħallim dwar kif isir il-ħelu. Iż-żgħażagħ kienu ħerqana biex jibdew il-ħarġiet ippjanati għalihom, bl-ewwel waħda tkun iż-żjara fit-track tal-Formula 1 tal-Ungerija. Fost l-attivitajiet organizzati kien hemm lejl internazzjonali, żjara fiz-Zoo tal-lokal kif ukoll l-Lazar Equestrian Park fejn ittella' wieħed mill-aqwa shows akkumpanjat b’ikel tipikament Ungeriż. It-tim Malti mar ukoll vjaġġ fuq dgħajsa lejn postijiet turistiċi u żar l-Annagora Aquapark. Kull filgħaxija sar disco organizzat apposta għaż-żgħażagħ u l-Kamp tas-Sajf ntemm bi żjara f’Budapest bil-lejl.

    Daniela Schembri, President ta’ LAND qalet, “tgħallimna u kbirna ħafna minn dawn l-esperjenzi u flimkien għamilna l-kamp wieħed ta’ suċċess. L-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment kienet eċċellenti u kulħadd ta l-għajnuna tiegħu. Dan il-kamp ma kienx ikun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-qraba, l-assistenti u l-isponsors bħall-Vodafone Malta Foundation. Dan il–kamp għen biex kulħadd jintegra ma’ persuni differenti minn madwar id-dinja kollha u kulħadd jipparteċipa b’mod attiv fil-varjetà ta’ avvenimenti organizzati.”

    Living Ability Not Disability kienet stabbilita fl-2002 bl-għan li teduka, ittejjeb l-indipendenza tal-persuni b’diżabbilità fiżika u tippromwovi l-inklużjoni permezz tas-soċjaliżazzjoni. LAND hi l-unika organizzazzjoni f'Malta li tħaddan persuni b’diżabbiltà fiżika kif ukoll persuni mingħajr diżabbiltà, tgħin ukoll biex jintegraw waqt attivitajiet organizzati għalihom. Permezz t’hekk jiżviluppaw ħbiberiji ġodda waqt li tinħoloq kuxjenza dwar l-inklużjoni soċjali fl-isferi kollha tal-ħajja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0