Biex ittejjeb il-ħajja sesswali hemm bżonn li titkellem

  • Set 11, 2012 18:39
  • Miktub minn

    Skont studju riċenti, in-nies li jħossuhom komdi jitkellmu dwar is-sess huma aktar sodisfatti sesswalment, speċjalment jekk jitkellmu waqt l-att innifsu.

    L-istudju wera li meta wieħed iħossu jistħi jitkellem fuq is-sess, jista' joqtol il-pjaċir tas-sess. “Min-naħa l-oħra, dawk li jitkellmu fuq is-sess u dawk li għandhom self esteem għoli fejn jidħol sess, jitkellmu ferm aktar waqt l-att sesswali nnifsu.” Qalet dan Elizabeth Babin mill-Cleveland State University f'Ohio, li għamlet dan l-istudju.

    “Il-komunikazzjoni sesswali hija ħila u mhux kollha aħna trenjati f'din il-ħila,” kompliet Babin. Fil-fatt jidher li huwa aħjar li xi ħadd juża' kommunikazzjoni mhux verbali waqt is-sess, bħal li jiċċaqlaq b'ċertu mod jew li jingħi, milli wieħed jissforza biex jitkellem.

    207 persuna wieġbu kwestjonarju x'jimlew dwar il-komunikazzjoni sesswali kemm verbali u mhix, kif ukoll is-sodisfazzjon sesswali. L-età medja ta' dawk li wieġbu l-kwestjonarju kienet ta' 29 sena.

    Fi studju separat li kien ippubblikat f'Diċembru li għadda wera li n-nisa li s-sieħeb tagħhom jdur u jorqod wara s-sess ma jħossuhomx siguri u għandhom bżonn l-affett. Il-psikologi tal-Università ta' Michigan, qalu li t-tgħanniq u diskursata wara s-sess huma kruċjali biex il-koppja tesprimi r-rabta li hemm bejniethom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2