L-Istat Iżlamiku jħanxar ras ħaddiem Ingliż

  • Set 14, 2014 08:21
  • Miktub minn

    L-estremisti tal-Istat Islamiku xandru video online li juri t-tħanxir ta' ras ta' ħaddiem Ingliż li kien ilu maħtuf fis-Sirja mis-sena li għaddiet.

    Wara li l-awtoritajiet Ingliżi kkonfermaw l-awtentiċità ta' dan il-filmat, il-Prim Ministru Ingliż, David Cameron ddeskrivih bħala “att ta' ħażen pur” (an act of pure evil),.

    Hanes huwa t-tielet persuna mill-Punent li ġie maqtul b'dan il-mod awtroċi mill-IS, grupp estremista li ħataf taħt il-kontroll tiegħu partijiet kbar mis-Sirja u l-Iraq. B'dan il-mod ġew maqtula wkoll il-ġurnalisti Amerikani, James Foley u Steven Sotloff.

    Filwaqt li wera s-solidarjetà tiegħu mal-familja ta' Haines u wiegħdhom kull għajnuna possibbli, Cameron qal li l-Ingilterra se tagħmel minn kollox biex tara li ssir ġustizzja u jinqabdu dawk responsabbli.

    Il-President Amerikan, Barack Obama wkoll wera s-solidarjetà tiegħu u qal li l-Amerka se taħdem mar-Renju Unit biex issir ġustizzja. Nhar l-Erbgħa, l-President Obama “iddikjara gwerra kontra l-Istat Islamiku” u r-Renju Unit kien l-ewwel pajjiż li ngħaqad mal-forzi Amerikani.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 5

  •  
    anonimu
    Set 14, 2014

    Ma xbiza fiex gejna. Tal biza. Our heart goes for their families

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 14, 2014

    Grazzi għall-indħil fl-affariejit interni ta' pajjiżi oħra mill-Amerika, NATO u l-UE.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 14, 2014

    l ahjar jaqbdu u jitfghulhom bomba

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 14, 2014

    USA and NATO are the only two powers that can stop these Muslims Terrorists .

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 14, 2014

    Naghmel appell sincier lil Graffitti biex jorganizzaw protesta kontra dan il-barbarizmu. Jien cert li Graffitti jikkundannaw atti krudili bhal dawn ukoll.

    Irrispondi