Iffirmat il-ftehim tant mistenni bejn l-Ukrajna u l-UE

  • Set 16, 2014 15:44
  • Miktub minn

    Wara bosta ġimgħat ta' tensjoni fl-Ukrajna, b’okkupazzjoni territorjali, imwiet ta’ ċittadini u nstabilità ekonomika, illum ġie approvat il-ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u dan il-pajjiż.

    Fis-sessjoni tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu, il-Membri Parlamentari Ewropej approvaw dan il-ftehim b'535 vot favur, 127 kontra u 35 astensjoni. Ħamsa mill-Ewroparlamentari Maltin ivvutaw favur filwaqt li Dr Alfred Sant astjena.

    Fl-istess ħin il-ftehim ġie rratifikat ukoll mill-Parlament Ukren f'Kiev.

    Dan il-ftehim storiku ser jistabbilixxi assoċjazzjoni politika soda u integrazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-Ukrajna u jipprovdi aċċess għal suq ħieles u reċiproku, saħqet l-UE.

    Permezz ta’ dan il-ftehim ser tiżdied il-possibilità ta’ djalogi politiċi li jistabbilixxu regoli bażiċi għal koperazzjoni f'oqsma bħall-enerġija, it-trasport u l-edukazzjoni.

    L-Ukrajna mistenninja timplimenta riformi u tirrispetta prinċipji demokratiċi. Fost affarijiet oħra dan il-ftehim jiffaċilita wkoll il-mobilità, anke mingħajr viża.

    Sabiex jiġi faċilitat il-kummerċ ħieles, ser jitneħħa d-dazju fuq l-importazzjoni u jitneħħew numru ta’ restrizzjonijiet.

    Il-President Ukren Petro Poroshenko qal li dan il-vot jikkonferma li, "Iċ-ċittadini Ukreni reġġgħu lura t-tren li kien jiġbed lejn il-Lvant. Din ir-ratifika hija festa għall-Ukrajna u l-Ewropa magħquda." Huwa rringrazzja wkoll lill-UE tal-appoġġ li tat lill-Ukrajna fiż-żminijiet diffiċli li wasslu s’hawn.

    Il-President tal-Unjoni Ewropea, Martin Schulz, saħaq li dan il-ftehim irid jiġi mħares u għalhekk huwa dover tal-UE li tipproteġi lill-Ukrajna mill-attakki Russi. Għaldaqstant is-sanzjonijiet mistennija jiżdiedu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0