Illum il-vot storiku għall-Indipendenza fl-Iskozja

  • Set 18, 2014 09:08
  • Miktub minn

    Illum il-poplu Skoċċiż qiegħed jivvota f’referendum fejn irid jiddeċiedi jekk jibqax parti mir-Renju Unit jew inkella jieħu l-indipendenza.

    Skont l-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika, il-kap tal-le kien qiegħed fuq quddiem b’50% tal-voti filwaqt li dak tal-iva kienu 45%. Minkejja dan ħamsa fil-mija qalu li kienu għadhom ma jafux kif se jivvotaw. Għalhekk ir-riżultat jista’ jmur kull naħa u l-ebda naħa ma hi ċerta li se tirbaħ dan ir-referendum.

    Matul il-lejla tal-bieraħ kien hemm laqgħat tal-mases kbar, l-akbar waħda tkun dik ta’ dawk favur l-indipendenza li saret fiċ-ċentru ta’ Glasgow. Ftit ’il bogħod minn fejn kienet qiegħda ssir din il-laqgħa tal-massa marru attivisti mill-kamp tal-le biex jitkellmu maċ-ċittadini li kienu deċiżi li se jivvotaw iva.

    Dennis Canavan li hu ċ-ċermen tal-kamp tal-iva waqt li kien qiegħed jitkellem ilbieraħ għamel attakk qawwi fuq il-mexxejja ta’ Westminster li fl-aħħar jiem kienu fl-Iskozja fejn ipprovaw jipperswadu liċ-ċittadini li l-aħjar għalihom kien li jibqgħu parti mir- Renju Unit.

    “Ma hemm l-ebda garanzija li l-Parlament Skoċċiż se jkun jingħata aktar poteri kif wegħdu l-mexxejja tal-partit politiċi Ingliżi. Li nafu żgur hu li jekk il-poplu jivvota favur l-indipendenza allura l-futur tagħna nfassluh aħna u mhux jiġi mfassal minn Londra,” qal Canavan.

    Għan-naħa tal-kamp tal-le sar diskors imqanqal mill-eks Prim Ministru Gordon Brown. F’ħinijiet minnhom kien hemm mumenti ta’ tensjoni hekk kif attivisti miż-żewġ naħat spiċċaw jgħajjru lil xulxin tant li kellhom jissejħu l-pulizija.

    Illum hekk kif tagħlaq il-votazzjoni mistennijin l-ewwel indikazzjoni tar-riżultat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Set 18, 2014

    J'Alla l-iSkoċċiżi jieħdu l-indipendenza imma ma jagħmlux l-iżball kardinali li jsiru kolonja tad-ditatorjat kolonjali despotiku despikabbli arroganti tal-Unjoni Ewropea.

    Irrispondi