L-Għajta tal-Indipendenza, mill-Iskozja għal Katalunja

  • Set 18, 2014 14:26
  • Miktub minn

    Hekk kif bħalissa il-popolazzjoni Skoċiża qed tiddeċiedi il-futur tal-Iskozja f’vot storiku dwar l-Indipendenza mil-Gvern Ċentrali tar-Renju Unit, madwar 1.8 miljun ta’ Katalani ħarġu jipprotestaw hekk kif l-għajta tal-Indipendenza waslet anke ġewwa Spanja.

    Kienu madwar 1.8 miljuni dawk il-Katalani li fil-ġurnata nazzjonali tal-Katalunja, nhar il-ħamis li għadda, ħarġu fit-toroq ta’ Barcelona jxejru il-bnadar tal-Katalunja u jgħajtu “in-inde-independencia!” u “volem votar!” (indipendenza u irridu nivvutaw),.

    Din ix-xewqa mhux waħda ġdida għal dan l-istat Spanjol infatti aktar kmieni din is-sena żewġ terzi tal-Parlament Katalan ivvota favur referendun konsultattiv dwar l-indipendenza tal-Katalunja. Il-Gvern Ċentrali f’Madrid iżda saħaq li ser juża l-meżżi kollha possibli biex dan ma jseħħx.

    Membri tal-Gven Katalan qedgħin jassistu il-votazzjoni fl-Iskozja, u huma ħerqana b’mod partikolari biex isegwu ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea jekk jerbaħ il-grupp favur l-indipendenza.

    Minjaf fejn ser tasal issa l-għajta tal-indipendenza wara Spanja u l-Ingilterra…

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0