Aġġornat: Ir-Renju Unit jibqa' sħiħ

  • Set 19, 2014 08:16
  • Miktub minn

    09.30: F’kelmtejn li għamel il-Prim Ministru tar-Renju Unit, David Cameron qal li jinsab kuntent li r-Renju Unit se jibqa’ sħiħ u sejjaħ biex ikun hemm l-għaqda nazzjonali.

    Huwa qal ukoll li t-tliet partiti ewlenin tal-unjoni f’Westminister se jaħdmu biex jagħtu aktar poteri lill-Parlament Skoċċiż. Huwa ħabbar li Lord Smith of Kelvin li mexxa l-logħob tal-Commonwealth li saru fi Glasgow, se jara li l-proċess li l-Parlament tal-Iskozja jkollu aktar poteri jimxi ‘il quddiem. Mistennija jkun hemm aktar poteri dwar taxxi, infieq u sigurtà soċjali.

    Cameron qal ukoll li l-poplu kollu tar-Renju Unit, anke dak fl-Ingilterra, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ikollhom aktar poteri dwar l-affarijiet tagħhom.

    “F’Wales hemm proposti biex nagħtu lill-gvern u l-assemblea ta’ Wales aktar poteri u rrid nara lil Wales fil-qalba tad-dibattitu ta’ kif se nagħmlu lir-Renju Unit jaħdem għan-nazzjonijiet kollha,” kompla Cameron.

    L-Ewwel Ministru Skoċċiż, Alex Salmond qal li jaċċetta t-telfa, filwaqt li hu wkoll ħeġġeġ għall-aktar għaqda nazzjonali. Huwa qal li r-referendum b’turnout rekord għall-Iskozja kien rebħa għall-proċess demokratiku.

    Dwar il-kampanja referendarja, Salmond qal li setturi ta’ nies intmessu f’dan ir-referendum b’mod li qatt qabel ma kien misshom il-proċess politiku. “Qatt m’hu se nerġgħu lura għall-business as usual,” qal Salamond.

    Aktar kmieni: Wara r-referendum tal-Iskozja, ir-Renju Unit se jkun ħareġ aktar b'saħħtu. Fil-fatt il-LE rebaħ b'54% kontra s-46% tal-IVA.

    Ir-referendum xorta qiegħed jitqies ta' suċċess kbir anke minħabba t-turnouts, fil-fatt f'ċertu counties inqabżu anke d-90% turnout u meta wieħed jieħu l-Iskozja sħiħa t-turnout kienet ta' bejn wieħed u ieħor 80%.

    Il-Prim Ministru David Cameron mistenni jagħti konferenza tal-aħbarijiet hekk kif joħroġ ir-riżultat finali fejn mistenni wkoll iħabbar li se jingħataw aktar drittijiet lill-Parlament Skoċċiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0