Alleati tal-ISIS joqtlu turist Franċiż

  • Set 24, 2014 19:17
  • Miktub minn

    Turist Franċiż li nħataf fl-Alġerija nhar il-Ħadd ġie maqtul minn grupp jihadist alleat tal-grupp ISIS, fis-Syria u l-Iraq. Bħal ma rajna fil-qtil tal-ISIS, it-turist kellu rasu maqtugħa fuq filmat li nxtered fuq l-internet.

    Herve Gourdel ta’ 55 sena inħataf nhar il-Ħadd fiż-żona ta’ Kabylie fl-Alġerija. Il-grupp jihadist Jund al-Khilafa, bagħat twissija lil Gvern Franċiż li jekk ma jwaqqafx l-attaki mill-ajru fuq l-Istat Iżlamiku fl-Iraq fi żmien 24 siegħa Gourdel jinqatel.

    Franza ingħaqdet mal-Istati Uniti fl-attaki kontra l-Istat Iżlamiku fl-Iraq il-ġimgħa li għaddiet. Din it-twissija ġiet irrifjutata publikament mil-President Franċiż Francois Hollande u l-Prim Ministru Manuel Valls ilbieraħ.

    L-aħħar theddida tal-grupp Iżlamiku ISIS kienet għal Alan Henning mill-Ingilterra li nħataf waqt li kien qed isuq ambulanza b’numru ta’ provisti fis-Sirja, f’Diċembru.

    Militanti mill-grupp Jund al-Khilafa, kienu jiffumaw parti mill-Grupp Al Qaeda. Kien intqal ukoll li l-persuna li qatlet seba’ persuni f’Toulouse fi Franza, f’Marzu tal-2012 kien membru tal Jund al-Khilafa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Set 25, 2014

    In konnessjoni ma' dawn l-atrocitajiet, l-NGOs Maltin bi hsiebhom jaghmlu xi tip ta' reazzjoni kontra din il-hruxija tal-Izlamizmu estrem?

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 25, 2014

    Probabli hafna flus mit traffikar tal illegali qed immorru ghand dawn il monstri. Grazzi NGOs u il Knissja tal ghajnuna indiretta li qed taghtu lil dawn.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 25, 2014

    Is

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 25, 2014

    hazin hafna li toqtol tajra proteta ,imma li toqtol bniedem ghal xe

    Irrispondi