L-esebizzjoni "I know I don’t"

  • Apr 10, 2015 11:18
  • Miktub minn
"

    Wara li ħadet sehem f’'Divergent Thinkers' 2012 ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu, Giola Cassar kienet ippremjata bl-ewwel esebizzjoni tagħha fl-istess gallarija tal-arti, li se tkun inawgurata illum. “I know I don’t” hija esebizzjoni li tesplora t-temi tal-identità, il-memorja u l-ħwejjeġ idjosinkratiċi li jagħmlu persuna unika u identifikabbli għal oħrajn. Din l-esebizzjoni tlaqqa’ flimkien żewġ ġabriet ta’ xogħol; Portrayal u Someone I Knew.

    F’Portrayal, Giola tfittex li tesplora l-kunċett ta’ identità mil-lenti ta’ aspett mill-iktar flessibbli; ix-xagħar. F’xi aspetti, Portrayal, minbarra li tittratta r-rabta ta’ Giola ma’ ommha, hi rappreżentazzjoni tal-istat kurrenti ta’ xagħarha, il-preservazzjoni tiegħu maqbuda mil-lenti, u r-riflessjoni li x-xagħar se jissopravivi l-artist, kemm fir-ritratt kif ukoll fil-forma vera tiegħu .F’'Someone I knew', l-attenzjoni timxi mill-identità għall-passaġġ kumpless tal-memorja. Il-karattru, Sam, huwa rappreżentazzjoni ta’ dak li ħabbejna u tlifna matul iż-żmien. Fl-istess waqt jiġu esplorati t-tranżizzjonijiet li jseħħu fir-relazzjoni u l-memorji li dawn l-inkontri jħallu warajhom.Ix-xogħol ta’ Giola jimmira li jesplora l-identità fl-individwu u f’ħaddieħor, fiż-żmien u l-ispazju li ngħixu fih. Intrigata minn din il-ġlieda kontinwa ta’ aġġustament u sejbiet ta’ postijiet u rwoli differenti fid-dinja, Giola Cassar tagħmel użu mill-esperjenzi personali tagħha u tittraduċihom f’esperjenzi universali. Wara li kisbet B.A. fil-Fotografija (Prattika Kontemporanja), mill-Università tal-ArtiKreattiva (UCA), f’Rochester, l-Ingilterra, Giola qed issegwi kors ta’ M.A. fil-Fotografija fl-Università ta’ Brighton. Minbarra parteċipazzjoni f’esebizzjonijiet lokali, Giola kellha xogħol esebit fiċ-Ċina u anke fl-Ingilterra. Din l-esebizzjoni ma kinitx tkun possibbli mingħajr l-għajnuna tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, l-Aġenzija Żgħażagħ, ILab u Impressions. Ħajr mill-qalb lilhom u anke lill-kuratriċi, Ms Alexandra Pace. Dati tal-esebizzjoni huma bejn il-11 ta’ April u t-3 ta’ Mejju 2015.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0