The Culture of Ageing: Proġett multidimensjonali bħala parti minn VIVA

  • Aww 20, 2015 15:38
  • Miktub minn
"

    Il-proġett multidimensjonali ‘The Culture of Ageing’, li jesplora kif kulturi differenti jħarsu lejn l-anzjanità, se jiftaħ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-31 ta’ Awwissu bħala parti mill-Festival Internazzjonali ta’ Arti Viżiva, VIVA.

    Il-proġett huwa maqsum f’diversi aspetti li jinkludu esebizzjoni kollettiva, film screenings, serje ta’ lectures, u programm ta’ skambju ta’ artisti.

    The Culture of Ageing huwa proġett bejn Valletta 2018 u Leeuwarden 2018, iż-żewġ ibliet li se jkunu kapitali Ewropej tal-Kultura fl-2018. Il-kuraturi Olandiżi Lennard Dost u Mare van Koningsveld huma responsabbli mill-wirja li ser tkun qed titella mil-Fondazzjoni Kreattività ġewwa l-Kavallier ta’ San Ġakbu. Dan il-proġett huwa parti mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018.

    F’kumment dwar il-proġett, il-kuraturi qalu, “Malta kienet l-ewwel pajjiż li tkellem dwar il-konsegwenzi internazzjonali ta’ popolazzjoni li kull ma jmur qed tikber fl-età, waqt il-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti fl-1968. F’dan ir-rigward Malta imxiet b’viżjoni. Illum, l-anzjanità huwa suġġett relevanti ħafna. L-iżvilupp isir kullimkien. Perὸ hemm differenzi... Dan ġiegħelna insaqsu: Is-soċjetatijiet kif jindirizzaw l-anzjanità fil-popolazzjoni? X’inhu r-rwol tal-anzjani fis-soċjetà?”

    Dan il-proġett juri l-impenn ta’ Valletta 2018 li tiċċelebra l-kultura b’mod inklussiv u li jilħaq ġenerazzjonijiet differenti. Permezz tiegħu, l-membri kollha tas-soċjetà huma mistiedna biex jikkontribwixxu u jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet kulturali, qabel, waqt u wara l-2018.

    The Culture of Ageing huwa proġett prominenti bħala parti minn VIVA, festival internazjonali tal-arti viżiva li qed jattira udejnza lokali u internazzjonali waqt li jipprovdi pjattaforma biex artisti lokali jesebixxu x-xogħol tagħhom. Il-wirja, li tinkludi xogħolijiet ta’ artisti lokali u internazjonali, ser titella mil-31 ta’ Awwissu sas-27 ta’ Settembru.

    Il-films li ser jintwerew huma: Young @ Heart fil-binja tal-Camarata, Triq il-Merkanti fit-2 ta’ Settembru fit-8pm, Robot and Frank fiċ-Ċinema tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fl-4 ta’ Settembru fit- 8pm, u Boyhood fiċ-Ċinema tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fil-5 ta’ Settembru fit-3pm.

    Il-programm jinkludi ukoll lecture pubblika bi dħul b’xejn, bit-titlu ‘The End of the World as We Know It! The Coming of Population Ageing’ li ser isseħħ fis-16 ta’ Settembru fiċ-Ċinema tal-Kavallier ta’ San Ġakbu fis-7pm. Din ser titmexxa minn Dr Marvin Formosa, id-Direttur tal-International Institute on Ageing, United Nations Malta.

    Biex tirriżerva post għall-films u l-lecture, żur is-sit www.viva.org.mt. Għal aktar informazzjoni kkuntatja lill-Fondazzjoni Valletta 2018 fuq 21242018 jew info@valletta2018.org.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0