Kieku d-Dinja kienet Maltija... Il-kunċert ta' għada tista' ssegwih b'xejn

  • Aww 26, 2015 10:03
  • Miktub minn
"

    Il-biljetti tat-tielet kunċert fil-proġett Kelma Kelma Nota Nota nbiegħu kollha ġimgħa qabel il-kunċert. Ħafna baqgħu jitolbu l-biljetti. Għalhekk ġie deċiż li fl-aħħar lejl, jiġifieri għada l-Ħamis, għall-ewwel darba Pjazza Teatru Rjal tiġi estiża għall-pjazza kollha. Se jintrama skrin kbir u dawk li m’għandhomx biljett se jkunu jistgħu jaraw il-kunċert minn barra b’xejn.

    Kelma Kelma Nota Nota hu proġett ta’ Daniel Cauchi, Ray Calleja u Michael Spagnol li, bħalma jixhed ismu, ilaqqa' żewġ dinjiet marbutin sfiq ma' xulxin: id-dinja tal-mużika tradizzjonali u kontemporanja bil-Malti u d-dinja tal-lingwa u l-letteratura Maltija.

    It-tir tal-proġett hu doppju. Qabelxejn, li jitfakkru kanzunetti, poeżiji, makkjetti u taqbiliet - li wħud minnhom bħal donnhom intesew - u jerġgħu jingħataw il-ħajja fuq il-palk b'arranġamenti u b'laqtiet moderni. It-tieni għan hu li jissawru kanzunetti u kitbiet ġodda biex jitkompla dan il-vjaġġ mużikali u letterarju li bdew ta' qabilna.

    Dan is-sajf diġà ttellgħu żewġ kunċerti: Kunċert tal-Qaddisin f’Ġunju u Koffee Morning f’Lulju. It-tielet wieħed, Kieku d-Dinja Kienet Maltija, qed isir din il-ġimgħa. Fih qed nerġgħu naraw dan iż-żwieġ interessanti tal-kliem man-noti, tal-qadim mal-modern, tas-serju mal-komiku. F’dan il-kunċert, fost ħafna kant, daqq u logħob bil-kliem, wieħed jipprova għal lejla waħda jimmaġina dinja kollha kemm hi bajda u ħamra. Ir-riżultat diffiċli tesprimih bil-kliem.

    Minbarra l-kant ta’ Daniel Cauchi u l-mużika tal-Big Band Brothers, ir-reċtar ta’ Ray Calleja u l-kitbiet ta’ Michael Spagnol, għal dan l-ispettaklu hemm ukoll l-enerġija tal-grupp hip hop Marmalja u l-vuċi sabiħa tal-kantanta żagħżugħa Brooke Borg.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0