Pakkett ta’ migrazzjoni legali għall-2016

  • Set 09, 2015 14:39
  • Miktub minn Jake Azzopardi
"

    Il-migrazzjoni jeħtieġ li tkun legali, saħaq Jean Claude Juncker. Għalhekk se nkunu qed infasslu pakkett ta’ migrazzjoni legali kmieni fl-2016.

    Dan ħabbru l-President tal-Kummissjoni Ewropea meta indirizza lill-Parlament Ewropew fil-messaġġ annwali tal-iState of the Union, fejn filwaqt li jagħti rendikont ta’ dak li jkun sar, jagħti indikazzjoni tad-direzzjoni li tkun se ssegwi l-KE fil-ħidma tagħha.

    L-għan tal-migrazzjoni legali hu li persuni u familji vulnerabbli ma jibqgħux suġġetti għall-abbuż ta’ traffikanti u ċrieki kriminali li jieklu mill-vjaġġi perikolużi tan-nies.

    Filwaqt li l-Ewropa kollha tagħraf il-bżonn ta’ soluzzjoni fit-tul, il-kriżi ta’ influss ta’ persuni li qed jaħarbu mill-kunflitt tas-Sirja ħoloq bżonn ta’ rimedju immedjat. Għaldaqstant, Juncker ħabbar li se jkun qed jidħol fis-seħħ it-tieni mekkaniżmu ta’ emerġenza li għandu jara 160,000 refuġjat isibu kenn madwar il-pajjiżi membri kollha fl-UE, numru li jiżboq bil-kbir l-40,000 li kellhom jiġu rilokati. Huwa qal li l-Greċja, l-Italja u l-Ungerija ma jistgħux jitħallew jaqdfu waħidhom waqt li żied li l-impenn tal-Ewropa kien pjuttost modest ħdejn dak li wettqu t-Turkija, il-Libanu u l-Ġordan.

    Jidher li għall-kuntrarju ta’ dak li ġara kmieni dan is-sajf, din id-darba l-iskema se tkun waħda mandatorja hekk kif huwa għamilha ċara li “kulħadd se jkun qed jikkontribwixxi u mhu se jkun hemm l-ebda distinzjoni fuq kriterji reliġjużi,” b’referenza għal dak li kienet għamlet is-Slovakkja, fejn irrestrinġiet ħafna n-numru ta’ Sirjani li ħadet u assigurat li dawk li jidħlu fil-pajjiż ikunu kollha Kristjani.

    B’ħarsa lejn soluzzjoni li trendi fit-tul, Juncker qal li se jkun qed jinbidel b’mod radikali l-mod kif l-UE tindirizza l-ażil, fejn fost oħrajn hemm il-pjan ta’ tibdil fir-Regolament ta’ Dublin li Malta ilha tant tippressa għalih.

    Fl-istess kuntest, il-President tal-KE indika lejn direzzjoni li se tkun qed tħares lejn tibdil fil-liġijiet nazzjonali tal-pajjiżi membri biex ir-refuġjati u persuni li jkunu qed ifittxu ażil, ikollhom aktar ċans li jsibu impjieg bil-qliegħ fl-Ewropa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0