Tliet persuni illiberati minn akkużi ta’ hold up fuq l-uffiċini tal-Valhmor

  • Set 09, 2015 16:39
  • Miktub minn
"

    Tliet persuni ġew illiberati mill-Qorti minn akkuża li wettqu holdup minn l-uffiċini tal-kumpanija Valhmor Borg li jinsabu fil-Marsa, u dan wara li l-Qorti qalet li x-xhieda tax-xhud prinċipali f'dan il-każ kienet dgħajfa u għalhekk ma kinitx biżżejjed biex il-Prosekuzzjoni tipprova l-każ tagħha.

    Il-Qorti tat din is-sentenza wara li fost l-oħrajn, dan ix-xhud li kien ammetta li kien kompliċi f'dan il-każ, qal li għalkemm kien iltaqa ma' tliet persuni ma kienx jaf min huma.

    Il-każ inkwistjoni kien seħħ nhar is-26 ta' Marzu tas-sena 2004 fejn kienet insterqet is-somma ta' €41,928.

    F'dan il-każ, Darren Debono magħruf bħala t-Topo, Vincent Muscat magħruf bħala l-Koħħu u Alfred Degiorgio magħruf bħala l-Fulu, ġew mixlijin b'dan il-hold up.

    Il-Qorti innotat li l-każ kollu tal-Pulizija kien jistrieħ fuq ix-xhieda ta' ċertu Anthony Gafa, li kien impjegat mal-kumpanija Valhmor Borg bħala delivery man. Gafa kien ammetta l-involviment tiegħu u kien ingħata s-sentenza f'każ deċiż b'mod separat.

    Il-Qorti għamlet referenza għall-istqarrija li Gafa kien ta lill-Pulizija. Gafa kien qal li kien joħroġ ibiegħ il-laħam bit-trakk lill-klijenti tal-kumpanija. Huwa kien jiġbor il-flus tal-merċja li kien ibiegħ. Imbagħad fl-aħħar tal-ġurnata huwa kien jiġbed iż-Z Reading, ipoġġi l-flus f'borża tal-HSBC flimkien mal-irċevuti u jgħaddihom lill-uffiċċju.

    F'din l-istqarrija Gafa kien ammetta li kien ipparteċipa f'dan il-hold up li sar fuq l-impjegati tal-kumpanija. Jgħid kli kien iltaqa ma' persuna magħrfa bħala t-Topo. Huwa qal li t-Topo ma jafx x'jismu għalkemm huwa mill-Marsa. Qal li kien iltaqa magħhom fil-vettura tat-Topo u kien hemm persuna oħra magħrufa bħala Ċnsu l-Koħħu u persuna oħra magħruf bħala l-Fulu.

    Qal ukoll li kien iltaqa magħhom f'xi okkażjonijiet sussegwenti, dejjem fuq din il-materja. Qal li darba minnhom il-Koħħu kien saħansitra anke ħa miegħu pjanta tal-uffiċini tal-post, peress li kien mar jixtri minn hemm qabel. Jgħid li dakinhar ta-hold up, huwa ma kienx magħhom. Qal li kien daħal għax-xogħol, ħadem il-ġurnata kollha, u wara mar id-dar u semgħa bil-hold up mill-aħbarijiet. Saħaq li wara ma kellux kuntatt ma' dawn it-tliet persuni.

    Madankollu meta Gafa xehed fil-Qorti aktar minn għaxar snin wara, huwa stqarr li veru kien iltaqa ma' tliet persuni l-Fulu, il-Koħħu u t-Topo.

    Ġra iżda li fix-xhieda tiegħu, Gafa ma jafx min huma u fil-fatt għalkemm jgħid li t-Topo kien iċempillu dak iż-żmien tal-hold up, meta xehed ma segħax jagħrfu.

    Il-Qorti qalet li għalhekk ix-xhieda ta' Gafa hija dgħajfa u żgur mhux biżżejjed biex il-Prosekuzzjoni tipprova l-każ tagħha. Il-Qorti saħqet li minħabba din ir-raġuni, ma għandha l-ebda prova t-tliet persuni imsemmija minn Gafa, kienu l-istess tliet persuni li iltaqgħu ma' Gafa biex jiddiskutu l-hold up.

    Il-Qorti kompliet tgħid li skont Gafa, huwa qatt ma iddiskuta armi ma' dawn in-nies, għalkemm waqt il-hold up allegatament intużaw l-armi.

    Il-Qorti tenniet li l-Prosekuzzjoni naqset ma wrietx ir-ritratti lil Gafa biex jikkonferma min kienu dawn it-tlieta minn nies li huwa tkellem dwarhom bil-laqgħam. Lanqas saret identification parade u għalhekk dawn it-tliet persuni qatt ma ġew identifikati minn Gafa.

    Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, illiberat lill-imputati minn kull akkuża.

    Il-Prosekuzzjoni f'dan il-każ tmexxiet minn l-Ispettur Joseph Mercieca.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    5