Aġġornament: 87 mejta f’moskea fis-Sawdi Arabja

  • Set 11, 2015 20:14
  • Miktub minn
"

    20:38: In-numru ta’ persuni mejta tela’ għal 87.

    Tal-inqas 65 persuna tilfu ħajjithom fil-Grand Mosque ta’ Mekka fis-Sawdi Arabja wara li nqaleb krejn u ġarraf il-binja.

    L-awtoritajiet ċivili tal-pajjiż qalu li l-inċident ħalla aktar minn 150 persuna oħra feruti iżda għadu mhux magħruf xi kkawża l-inċident għalkemm fl-aħħar ġimgħa r-reġjun esperjenza riħ qawwi.

    Il-belt ta’ Mekka aktar tard dan ix-xahar se tkun qed tilqa’ fiha għexieren ta’ eluf li jagħmlu l-Haġġ, il-pellegrinaġġ annwali tal-komunità Musulmana. Proprju s-sena l-oħra nbeda x-xogħol għal espansjoni tas-sit li kull ma jmur dejjem qed jilqa’ aktar nies.

    Fil-fatt il-krejn li nqaleb kien qed jintuża fix-xogħol ta’ kostruzzjoni li għadu għaddej fis-sit.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0