Il-festival Xjenza fil-Belt iwassal tagħrif utli dwar is-saħħa u l-ġenetika

  • Set 16, 2015 09:59
  • Miktub minn

    Tixtieq tkun taf kif tista’ tipprevjeni mard fil-kliewi? Kif il-ġenetika qed tintuża biex tiġġieled kontra mard mhux komuni? Dwar il-programmi ta’ riċerka kontra l-kanċer tas-sider li għaddejjin bħalissa fl-Università ta’ Malta? Jew trid tiċċekkja s-snin u fl-istess waqt tipparteċipa fir-riċerka?

    Zona ddedikata għas-saħħa, ġenetika u mard rari ser tittella’ fi Triq l-Ordinanza, bejn il-Parliament il-ġdid u t-Teatru Rjal fil-belt Valletta, bħala parti mill-festival Xjenza fil-Belt nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru mis-6pm ’il quddiem. Din iz-zona, li hi b’kollaborazzjoni bejn l-Università ta’ Malta, l-Isptar Mater Dei u l-Fond tar-Riċerka tal-Università (RIDT),, ser tkun kollha tittratta s-saħħa u r-riċerkaturi li jmorru oltre għal riċerka ġdida u kura ġdida.

    Ir-riċerkaturi u l-istudenti tax-xjenza ser ikunu qed juru kif taħdem kilwa permezz ta’ mudell tal-organu li jiffunzjona. Ser ikun hemm ukoll magna tad-dijalisi, u live dissections. Il-ħsieb hu li jikber l-għarfien dwar is-saħħa u fl-istess waqt tkun iċċelebrata t-tnedija tal-Programm ġdid tar-Riċerka tal-Kliewi li għandu l-appoġġ tal-Fondazzjoni LifeCycle Malta.

    Ir-riċerkaturi ta’ thalassemia u mard ieħor fid-demm ser ikollhom mikroskopji fejn juru għadd ta’ kundizzjonijiet u jitkellmu dwar l-importanza tat-transfuzjoni tad-demm.

    Fl-istand tad-DNA, individwi ser ikunu jistgħu jiġbru d-DNA u jaraw kif tkun isseparata u studjata. Ir-riċerkaturi u l-istudenti ser ikunu preżenti biex jitkellmu mal-pubbliku u anki jgħinu liż-żgħażagħ b’pariri dwar x’għandhom jagħmlu jekk jitħajru jagħżlu din il-karriera.

    Se jkun hemm l-introduzzjoni tal-Malta BioBank. Dan jifforma parti mill-Infrastruttura tar-Riċerka tal-BioBanks mifruxa mal-UE. Dan il-Bank jagħmel possibbli riċerka importanti dwar mard rari u studji fuq il-ġenetika tal-popolazzjoni. Fi ftit żmien ieħor ser ikun possibbli biex persuna tipparteċipa f’din ir-riċerka importanti permezz ta’ donazzjoni ta’ kampjuni u tagħrif dwar is-saħħitha.

    Stand ieħor fil-qrib ser ikun hemm mgħammar b’mudelli 3D tal-molekuli. Wieħed ser ikun jista’ wkoll jibni d-DNA tiegħu wkoll. Ser ikun hemm 3D printer mudelli tal-molekuli fuq l-istand.

    Ir-riċerka li għaddejja bħalissa kontra l-kanċer tas-sider fl-Università ta’ Malta, għandha l-appoġġ tal-fondi tal-UE u organizzazzjonijiet lokali mhux għall-profitt fosthom l-ALIVE Charity Foundation, il-Fondazzjoni Azzjoni għal Kanċer tas-Sider u Europa Donna. Iċ-ċiklisti li ġabru l-fondi ser ikunu preżenti waqt il-festival.

    Il-mobile dental clinic ser tkun preżenti biex tkun tista’ tkompli fl-istħarriġ nazzjonali dwar is-saħħa orali filwaqt li toffri pariri u servizzi ta’ testijiet dentali mingħajr ħlas. Flimkien ma’ din il-klinika, l-istudenti tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istudenti tad-Dentistrija (MADS), ser ikunu qed iwasslu attivitajiet, esperimenti, logħob u pariri dwar is-saħħa orali. Ser ikun hemm ukoll sezzjoni għat-tfal b’tooth fairies li jqassmu l-bżieżaq, logħob, stampi bil-kulur u għadd ta’ attivitajiet oħra għat-tfal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0