Kultura u Arti ta’ Yunnan fil-Belt u f’Santa Luċija

  • Set 17, 2015 11:56
  • Miktub minn Siro Camilleri

    Minn żmien għal ieħor, iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta jwassal fi gżiritna diversi talenti mill-qasam tal-ispettaklu u għal din is-sena se jkollna fostna troupe magħmula minn gruppi ta’ artisti mill-Provinċja ta’ Yunnan.

    Magħżula apposta mid-Dipartiment tal-Kultura tal-post u għal din l-okkażżjoni se jkunu qed itellgħu żewġ rapreżentazzjonijiet: waħda f’Pjazza Teatru Rjal, il-Belt u oħra speċjali, l-għada l-Ħadd, marbuta mal-Festival tal-Qamar, fi Gnien is-Serenità. Il-parteċipanti ġejjin minn ambjent etniku differenti u varju, sabiex jirrapreżentaw d-diversità multikulturali u rikka ta’ provinċja u hekk jagħtu rapreżentazzjoni viżwali ta’ ferħ u paċi li tifjorixxi fl-art ta’ armonija pura f’Yunnan, Shangri-La.

    Il-ġabra ta’ tradizzjonijiet teatrali etniċi iwasslu lill-udjenza, ħarsa ħafifa tal-ispektrum tal-arti tradizzjonali interpretata, li kienet inspirata minn xenarju naturali li jagħtik in-nifs, l-eżistenza tal-bniedem u n-natura u l-ferħ sempliċi tal-ħajja. Yunnan Culture and Arts Troupe huwa magħmul minn artisti minn The Diqing Tibetan Autonomous Prefecture Ethnic Song & Dance Troupe, li rawmu ħafna talenti kbar, rebbieħa ta’ bosta kompetizzjonijiet prestiġjużi u li ħolqu diversi produzzjonijiet għall-palk minn xogħolijiet letterarji magħrufa Ċiniżi.

    Yunnan Acrobatics Company huwa tim ta’ akrobatiċi versatili b’inspirazzjoni li wieħed jammira u li tellgħu rapreżentazzjonijiet madwar il-globu kollu. Filwaqt li Sons of Snow huma trio maskili ferrieħa li ddistingwew bil-vuċijiet kollha ħlejju u mexxejja ta’ mużika u koreografija folkloristika Tibetjana.

    L-ewwel serata Charming & Colourful Yunnan se tkun is-Sibt 26 ta’ Settembru 2015 fit-8.30pm fi Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Dħul bla ħlas, għalkemm important li jkollok biljett li jistgħu jinkisbu mill-post u ppreżentati mad-dħul. Donazzjoni se tkun apprezzata għal Malta Community Chest Fund.

    It-tieni serata speċjali, Yunnan Impressions under the Mid Autumn Moon, se tittella l-għada l-Ħadd 27 ta’ Settembru, fis-7.00pm, fi Gnien is-Serenità, Santa Luċija. Dħul bla ħlas. Din se tkun bhala parti mill-festival ta’ Nofs-il-Ħarifa, li jiġi t-tieni l-aktar important, wara l-Festival tar-Rebbiegħa, iċċelebrati fiċ-Ċina. Magħruf ukoll bħala l-Festa tal-Qamar, għall-fatt li f’dan iż-żmien, il-qamar ikun fl-aqwa dehera tiegħu.

    Mhux se tonqos xi biċċa Kejk tal-Qamar, li huwa s-simbolu Ċiniz tar-riunjoni tal-familja. Fiż-żminijiet tal-lum, ikun ippreżentat bħala rigal għall-qrabat u l-ħbieb, bħala sinjal ta’ ħajja twila u kuntentizza.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0