Inizjattiva t’Isqof Malti biex jinkiser iċ-ċiklu tal-kriminalità, faqar u vjolenza fil-Ħonduras

  • Set 18, 2015 17:45
  • Miktub minn
"

    F’intervista ma’ Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Malta),, Mons Bonello, Isqof ta' Juticalpa fil-Ħonduras, tkellem dwar iż-żminijiet diffiċli li l-pajjiż kien għaddej minnhom.

    Il-problemi ta ' vjolenza, kriminalità u qgħad fil-Ħonduras speċjalment il-faqar, huma wirt tal-passat. Mons Bonello qal “is-soluzzjoni m’hijiex li tipprova telimina l-kawżi ta' dan il-ħażen imma li naħdmu sabiex ngħinu l-ġenerazzjonijiet futuri, speċjalment lit-tfal biex jerġgħu jinkisbu l-valuri morali li ntilfu".

    Għall-aħħar sitt snin, żewġ djoċesijiet bdew imexxu proġett ta’ ‘Campania infantile’ bl-għajnuna mill-għalliema li joffru taħriġ u struzzjonijiet, speċjalment dwar valuri f'ambjent ta' skola. Kull sena valur ġdid huwa magħżul biex isir xogħol fuqu; kanzunetti, letteratura, żfin - kwalinkwe ħaġa li se twassal dan il-messaġġ sabiħ lit-tfal u liż-żgħażagħ.

    Tliet xhur t'istruzzjonijiet intensivi jeħtieġu ħafna preparazzjonijiet, speċjalment mill-għalliema. L-irwol tad-Djoċesi huwa li tipprovdi letteratura u taħriġ. L-ewwel kampanja tagħhom kienet suċċess fenomenali u għalhekk huma ser jagħmlu sforzi akbar għat-tieni waħda.

    Bħal kull post ieħor fid-dinja, inizjattiva ġdida tattira ħafna interess iżda ladarba n-novità tispiċċa, l-entużjażmu jonqos ħafna. Huma ma jridux li dan jiġri għat-tieni kampanja, għalhekk qed jagħmlu sforz akbar fit-tħejjija tal-għalliema biex jagħtuhom spinta akbar u jimlewhom bl-entużjażmu għal din il-kampanja li jmiss. Mons Bonello qal li kien għadu kemm tkellem mas-soru li kienet inkarigata mill-kordinazzjoni tal-aħħar kampanja u hi qaltlu li kollox kien sejjer tajjeb.

    “Aħna qed niżirgħu iż-żrieragħ - wieħed jeħtieġ paċenzja, ħin u naturalment fondi biex jirrealiżża l-proġett" spjega Mons Bonello. Id-distanza kien fattur ewlieni fi djoċesi li hija 86 darba akbar minn dik ta’ Malta u Għawdex. Nies li jattendu l-‘workshops’ kienu ġejjin mill-bogħod u għalhekk id-Djoċesi riedet tipprovdi akkomodazzjoni u ikel għall-parteċipanti. "Huma għamlu sagrifiċċju kbir biex jattendu, għalhekk għandna bżonn li nipprovdu dak kollu li għandhom bżonn biex jieħdu sehem fil-workshops" huwa tenna.

    Is-sur Axisa assigura lil Mons Bonello li l-Aid to the Church in Need (Malta), se tagħmel dak kollu li tista’ biex jinġabru l-fondi u ser toffri l-appoġġ tagħha biex tiżgura li dan il-proġett jirnexxi.

    Jekk trid tkun taf aktar dwar il-ħidma tal-Aid to the Church in Need jew tagħti donazzjoni biex tgħin f’dawn il-proġetti jew oħrajn simili jekk jogħġbok żur www.acnmalta.org jew ikteb lill-ACN (Malta),, 39b, Mdina Road, Attard, ATD9038 jew ċempel 21487818.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0